MALTA TIRBAĦ ID-DRITT LI ŻŻOMM RATA TA’ 0% VAT FUQ L-IKEL U L-MEDIĊINI B’MOD INDEFINIT
PR0409
10/03/2009
| Malta rebħet id-dritt | li żżomm rata ta’ 0% VAT fuq prodotti tal-ikel u mediċinali wara l-2010 b’mod indefinit wara negozjati twal u diffiċli fuq kull livell tal-Unjoni Ewropea. Dan kien ikkonfermat minn ftehim li ntlaħaq bejn is-27 Stat Membru rrappreżentati fil-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, li attenda l-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN), qal: “Din hija rebħa kbira għal pajjiżna, li nkisbet wara diskussjonijiet li damu għaddejjin għal żmien twil. Il-ftehim jinkludi wkoll l-opportunità li jiġu applikati rati ridotti ta’ VAT fuq servizzi bħall-kura tal-anzjani”. |
| “Filwaqt li d-Direttiva | tal-VAT teżiġi li kull Stat Membru għandu jkollu mill-anqas rata minima ta’ 5% VAT fuq l-ikel u l-prodotti mediċinali, sa minn żmien in-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta kienet esprimiet l-oppożizzjoni tagħha fuq dan il-punt. Dan għaliex Malta diġà taffronta sfidi konsiderevoli f’dan il-qasam minħabba l-ispejjeż addizzjonali marbuta mat-trasport u ċ-ċokon tas-suq lokali. L-importanza ta’ din id-deċiżjoni għal Malta hija wkoll marbuta mal-fatt li aktar minn 90% tal-prodotti kkonsmati f’Malta huma importati” sostna l-Ministru Tonio Fenech. |
| Il-ftehim tal-lum | kien riżultat ta’ negozjati diffiċli li jmorru lura għal Lulju 2007 u kienu konklużi llum wara sessjoni ristretta tal-Kunsill tal-Ministri. Tul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Gvern għamel kuntatti bilaterali fuq kull livell. Il-Prim Ministru qajjem din il-kwistjoni mal-Kanċillier Angela Merkel waqt żjara statali fil-Ġermanja li għamel fl-aħħar ta’ Jannar filwaqt li l-Minstru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech spjega l-pożizzjoni ta’ Malta permezz ta’ kuntatt individwali mal-Ministri tal-Finanzi tas-26 Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Dan għaliex billi t-tassazzjoni huwa settur li jeħtieġ l-unanimità, Malta kellha bżonn li l-Istati Membri kollha jqablu mal-pożizzjoni tagħha. |
| “Mhux aċċettabbli | li l-familji Maltin se jkollhom iħallsu prezzijiet ogħla fuq prodotti tal-ikel u l-mediċinali. Id-Direttiva kienet tobbligana li nżidu r-rata tal-VAT għall-5% fuq l-ikel u l-mediċinali mill-1 ta’ Jannar 2011 u dan kien se jħalli impatt dirett negattiv fuq il-familji Maltin u Għawdxin. Huma biss żewġ pajjiżi li għandhom d-dritt li japplikaw ir-rata ta’ 0% fuq l-ikel, u tlieta fuq il-mediċini. Malta riedet ukoll tikseb dan id-dritt, u baqgħet tinsisti sakemm sabet l-appoġġ tas-26 Stat Membru ieħor”, kompla l-Ministru Fenech. |
| B’dan il-ftehim, | il-Gvern wettaq tliet wegħdiet mill-programm elettorali. |
| Il-Ministru | esprima r-ringrazzjamenti tiegħu lir-Rappreżentant Permanenti Richard Cachia Caruana għall-ħidma mwettqa biex ikun jista’ jinkiseb dan ir-riżultat importanti għal pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984