Left arrow Go Back

MALTA TIRBAĦ ID-DRITT LI ŻŻOMM RATA TA’ 0% VAT FUQ L-IKEL U L-MEDIĊINI B’MOD INDEFINIT

PR0409
Date Icon 10/03/2009
Malta rebħet id-drittli żżomm rata ta’ 0% VAT fuq prodotti tal-ikel u mediċinali wara l-2010 b’mod indefinit wara negozjati twal u diffiċli fuq kull livell tal-Unjoni Ewropea. Dan kien ikkonfermat minn ftehim li ntlaħaq bejn is-27 Stat Membru rrappreżentati fil-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, li attenda l-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN), qal: “Din hija rebħa kbira għal pajjiżna, li nkisbet wara diskussjonijiet li damu għaddejjin għal żmien twil. Il-ftehim jinkludi wkoll l-opportunità li jiġu applikati rati ridotti ta’ VAT fuq servizzi bħall-kura tal-anzjani”.
“Filwaqt li d-Direttivatal-VAT teżiġi li kull Stat Membru għandu jkollu mill-anqas rata minima ta’ 5% VAT fuq l-ikel u l-prodotti mediċinali, sa minn żmien in-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta kienet esprimiet l-oppożizzjoni tagħha fuq dan il-punt. Dan għaliex Malta diġà taffronta sfidi konsiderevoli f’dan il-qasam minħabba l-ispejjeż addizzjonali marbuta mat-trasport u ċ-ċokon tas-suq lokali. L-importanza ta’ din id-deċiżjoni għal Malta hija wkoll marbuta mal-fatt li aktar minn 90% tal-prodotti kkonsmati f’Malta huma importati” sostna l-Ministru Tonio Fenech.
Il-ftehim tal-lumkien riżultat ta’ negozjati diffiċli li jmorru lura għal Lulju 2007 u kienu konklużi llum wara sessjoni ristretta tal-Kunsill tal-Ministri. Tul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Gvern għamel kuntatti bilaterali fuq kull livell. Il-Prim Ministru qajjem din il-kwistjoni mal-Kanċillier Angela Merkel waqt żjara statali fil-Ġermanja li għamel fl-aħħar ta’ Jannar filwaqt li l-Minstru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech spjega l-pożizzjoni ta’ Malta permezz ta’ kuntatt individwali mal-Ministri tal-Finanzi tas-26 Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.  Dan għaliex billi t-tassazzjoni huwa settur li jeħtieġ l-unanimità, Malta kellha bżonn li l-Istati Membri kollha jqablu mal-pożizzjoni tagħha.
“Mhux aċċettabblili l-familji Maltin se jkollhom iħallsu prezzijiet ogħla fuq prodotti tal-ikel u l-mediċinali.  Id-Direttiva kienet tobbligana li nżidu r-rata tal-VAT għall-5% fuq l-ikel u l-mediċinali mill-1 ta’ Jannar 2011 u dan kien se jħalli impatt dirett negattiv fuq il-familji Maltin u Għawdxin.  Huma biss żewġ pajjiżi li għandhom d-dritt li japplikaw ir-rata ta’ 0% fuq l-ikel, u tlieta fuq il-mediċini.  Malta riedet ukoll tikseb dan id-dritt, u baqgħet tinsisti sakemm sabet l-appoġġ tas-26  Stat Membru ieħor”, kompla l-Ministru Fenech.
B’dan il-ftehim,il-Gvern wettaq tliet wegħdiet mill-programm elettorali.
Il-Ministruesprima r-ringrazzjamenti tiegħu lir-Rappreżentant Permanenti Richard Cachia Caruana għall-ħidma mwettqa biex ikun jista’ jinkiseb dan ir-riżultat importanti għal pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow