Left arrow Go Back

90 KONSLU MINN 49 PAJJIŻ DIFFERENTI F’450 LAQGĦA MA’ INTERPRENDITURI U SIDIEN TA’ NEGOZJI MALTIN WAQT IL-KONFERENZA TAL-KONSLI ONORARJI

PR0407
Date Icon 10/03/2009
Illum jaslu d-90 Konsli Onorarji ta’ Malta liminn għada se jkunu qed jieħdu sehem f’konferenza li tibqa’ sejra sa nhar il-Ġimgħa, li qed tkun orgnizzata mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Dawn il-Konsli ġejjin minn 49 pajjiż differenti. Din il-konferenza se tkun qed tagħti l-opportunita’ lis-settur kummerċjali f’Malta u n-negozjanti li jiltaqgħu magħhom f’laqgħat individwali li tfasslu minn qabel. B’kollox se jkun hemm madwar 450 laqgħa organizzata.  Din hija l-ikbar delegazzjoni ta’ Konsli Onorarji li qatt ħa tkun ġiet f’Malta.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg qal li se sservi bħala opportunita’ unika għal min jixtieq ikabbar l-interess kummerċjali tiegħu, dan għaliex se tkun qed tagħti ċ-ċans lin-negozjanti Maltin biex ikabbru l-kuntatti tagħhom barra minn xtutna permezz ta’ dawn il-Konsli li ġejjin minn ħafna pajjiżi. Il-Viċi Prim Ministru saħaq li f’mument kruċjali għall-ekonomiji tal-pajjiżi, fejn bosta setturi tal-ekonomija b’mod globali qed iħossu l-impatt ta’ dak li seħħ fl-aħħar xhur, Malta qed tkompli taħdem biex tgħin lin-negozjanti u dawk kollha li jixtiequ jkabbru l-kummerċ tagħhom b’inizjattivi bħal dawn. “Din il-konferenza timxi id f’id mal-ħidma li qed jagħmel dan il-Ministeru, li jħaddem Politika Barranija li tolqot iktar mill-viċin l-interessi tal-Maltin”.
Fost il-pajjiżi li ġejjin minnhom dawnil-Konsli, insibu l-Awstralja, il-Kanada, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Indja, l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Italja u Franza. Il-programm li jibda għada l-11 ta’ Marzu se jitnieda bl-indirizz mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg. Filgħodu l-Konsli se jkunu qed jieħdu sehem f’Forum ta’ Diskussjoni, biex wara nofsinhar is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu Mario De Marco jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu. Iktar tard il-Konsli se jittieħdu fi Smart City Malta fejn se jkunu qed jingħataw l-opportunita’ li jaraw il-ħidma li għaddejja fuq dan il-proġett.
Il-Ħamis 12 ta’ Marzu, il-Konferenza tkomplibid-diskors tal-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni Austin Gatt, u iktar tard isir indirizz mill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech. Fl-istess ġurnata se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni taċ-Ċermen tal-Malta Enterprise Alan Camilleri,  u mill-Professur Joseph Bannister, Ċermen  tal-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.
F’din il-ġurnata se jkunu qed isiru l-laqgħatimportanti bejn il-Konsli u s-settur kummerċjali Malti. Dawn se jibdew minn kmieni wara nofsinhar u se jibqgħu sejrin sa kmieni filgħaxija. Il-Konferenza tintemm nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Frar bi żjarat fil-kumpaniji lokali. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħaseb biex f’dawn il-ġranet jorganizza programm ta’ attivitajiet għall-familjari tal-Konsli, li se jieħduhom f’zoni ta’ interess turistiku bħalma huma l-Belt Valletta, l-Imdina, u Wied iż-Zurrieq.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow