KORSIJIET AGRIKOLI F’GĦAWDEX B’GĦAJNUNA MINN FONDI EWROPEJ
PR0406
09/03/2009
| F’ċerimonja li ġiet imtellgħa ġewwa ċ-Ċentru ta’ | l-Universita’ f’Għawdex, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono qassmet ċertifikati lil wieħed u disgħin parteċipant li attendew numru ta’ korsijiet f’suġġetti agrikoli, li kienu organizzati ġewwa dan iċ-ċentru fix-xhur li għaddew. Dawn il-korsijiet saru bil-għan li jtejbu l-abiltajiet u l-ħiliet bażiċi tar-riżorsi umani f’Għawdex, u ġew mtellgħa bis-saħħa ta’ għajnuna finanzjarja mill-Fond Soċjali Ewropew. |
| Waqt li kienet qed tindirizza lil dawk preżenti, | il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif il-ħidma ta’ dan iċ-ċentru tfisser servizz miżjud edukattiv u soċjali f’Għawdex. Hija qalet li parti mill-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex tiffoka fuq sostenn lil qasam edukattiv fl-impenn biex jintlaħaq il-għan ta’ edukazzjoni matul il-ħajja. Dan jassigura titjib kontinwu fir-riżors uman fil-gżira ta’ Għawdex b’risq soċjeta’ li tkun tista’ tilqa għall-isfidi f’kull qasam tal-ħajja. Il-Ministru rreferiet ukoll għall-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u ċ-Ċentru ta’ l-Universita’ f’Għawdex, b’risq dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizzi u faċilitajiet li joffri dan iċ-ċentru f’Għawdex. |
| Il-Professur Lino Briguglio, direttur taċ-Ċentru | ta’ l-Universita’ f’Għawdex, irrefera għal fatt kif dawn il-korsijiet ġibdu parteċipanti ta’ kull eta’ minn kull settur tal-ħajja. Fisser kif minbarra korsijiet li joffru kwalifiki fil-livell terzjarju, iċ-Ċentru tal-Universita’ f’Għawdex huwa mpenjat li jkattar l-għarfien u jippromwovi servizzi edukattivi oħrajn fil-gżira ta’ Għawdex. |
| Il-korsijiet li għadhom kif intemmu ttrattaw | suġġetti agrikoli bħal ‘Ħsara fl-uċuħ tar-raba’, ‘L-użu tal-pestiċidi’, ‘L-Immaniġġjar tal-Ħamrija’, ‘L-Ilma u ekosistemi Agrikoli’, kif ukoll ‘Vitikultura u Enoloġija’. L-attendenza kienet waħda inkoraġġanti kif kienet dik għal numru ta’ korsijiet oħra li ilhom jiġu organizzati minn Diċembru 2005, taħt skemi tal-Fond Soċjali Ewropew. It-temi ta’ dawn il-korsijiet kienu relatati ma’ oqsma partikolari li huma relevanti għal gżira ta’ Għawdex . |
| Ftit qabel l-Onor. Debono ppreżentat ukoll | ċertifikati lil 64 parteċipant li attendew korsijiet oħra qosra f’dan iċ-ċentru. Il-korsijiet kienu jittrattaw temi soċjoloġiċi u kienu partikolarment immirati għal dawk li jaħdmu fil-qasam edukattiv u dak soċjali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984