Left arrow Go Back

KORSIJIET AGRIKOLI F’GĦAWDEX B’GĦAJNUNA MINN FONDI EWROPEJ

PR0406
Date Icon 09/03/2009
F’ċerimonja li ġiet imtellgħa ġewwa ċ-Ċentru ta’l-Universita’ f’Għawdex, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono qassmet ċertifikati lil wieħed u disgħin parteċipant li attendew numru ta’ korsijiet f’suġġetti agrikoli, li kienu organizzati ġewwa dan iċ-ċentru fix-xhur li għaddew. Dawn il-korsijiet saru bil-għan li jtejbu l-abiltajiet u l-ħiliet bażiċi tar-riżorsi umani f’Għawdex, u ġew mtellgħa bis-saħħa ta’ għajnuna finanzjarja mill-Fond Soċjali Ewropew.
Waqt li kienet qed tindirizza lil dawk preżenti,il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif il-ħidma ta’ dan iċ-ċentru tfisser servizz miżjud edukattiv u soċjali f’Għawdex. Hija qalet li parti mill-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex tiffoka fuq sostenn lil qasam edukattiv fl-impenn biex jintlaħaq il-għan ta’ edukazzjoni matul il-ħajja. Dan jassigura titjib kontinwu fir-riżors uman fil-gżira ta’ Għawdex b’risq soċjeta’ li tkun tista’ tilqa għall-isfidi f’kull qasam tal-ħajja. Il-Ministru rreferiet ukoll għall-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u ċ-Ċentru ta’ l-Universita’ f’Għawdex, b’risq dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizzi u faċilitajiet li joffri dan iċ-ċentru f’Għawdex.
Il-Professur Lino Briguglio, direttur taċ-Ċentruta’ l-Universita’ f’Għawdex, irrefera għal fatt kif dawn il-korsijiet ġibdu parteċipanti ta’ kull eta’ minn kull settur tal-ħajja. Fisser kif minbarra korsijiet li joffru kwalifiki fil-livell terzjarju, iċ-Ċentru tal-Universita’ f’Għawdex huwa mpenjat li jkattar l-għarfien u jippromwovi servizzi edukattivi oħrajn fil-gżira ta’ Għawdex.
Il-korsijiet li għadhom kif intemmu ttrattawsuġġetti agrikoli bħal ‘Ħsara fl-uċuħ tar-raba’,  ‘L-użu tal-pestiċidi’, ‘L-Immaniġġjar tal-Ħamrija’, ‘L-Ilma u ekosistemi Agrikoli’, kif ukoll ‘Vitikultura u Enoloġija’. L-attendenza kienet waħda inkoraġġanti kif kienet dik għal numru ta’ korsijiet oħra li ilhom jiġu organizzati minn Diċembru 2005, taħt skemi tal-Fond Soċjali Ewropew. It-temi ta’ dawn il-korsijiet kienu relatati ma’ oqsma partikolari li huma relevanti għal gżira ta’ Għawdex .
Ftit qabel l-Onor. Debono ppreżentat ukollċertifikati lil 64 parteċipant li attendew korsijiet oħra qosra f’dan iċ-ċentru. Il-korsijiet kienu jittrattaw temi soċjoloġiċi u kienu partikolarment immirati għal dawk li jaħdmu fil-qasam edukattiv u dak soċjali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow