Left arrow Mur Lura

WIRJA TA’ SPRAY PAINTING F’GĦAWDEX

PR0404
Date Icon 09/03/2009
Xogħlijietartistiċi li ġew imwettqa mill-parteċipanti li qed jattendu l-kors ta’ Spray Painting fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, qed jiġu esebiti f’waħda mis-swali fl-istess ċentru.
Dinil-wirja ġiet imtella’ biex permezz tagħha jiġu esposti t-talenti artistiċi u l-livell li laħqu dawn l-istudenti permezz ta’ dan il-kors, li ġie introdott riċentament.
Is-SurGeorge Borg, Direttur tas-Servizzi tal-Istudenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, li inawgura din l-esebizzjoni, kellu kummenti pożittivi dwar l-arti esebita u l-livell milħuq fi żmien relattivament qasir kemm ilu jsir il-kors. Qal ukoll li dan iċ-Ċentru qed jilħaq dak kollu li kien mistenni, mhux biss bil-korsijiet għal edukazzjoni matul il-ħajja, imma wkoll b’korsijiet ta’ sengħa għal klijenti tal-ETC, u korsijiet tal-Arti u l-Artiġjanat immirati għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Dan ikabbar ir-rwol ta’ dan iċ-ċentru fi ħdan il-komunità Għawdxija.
Il-Kors ta’Spray Painting, li ġie introdott is-sena li għaddiet, qed ikun segwit minn numru inkoraġġanti ta’ parteċipanti li qed jattendu għalih għat-tieni sena konsekuttiva. Il-kors huwa intiż biex jippreżenta lil kull parteċipant b’linji gwida dwar l-applikazzjonijiet tekniċi u grafiċi flimkien ma’ proċeduri u karatteristiċi ta’ spraying. Din it-teknika tista’ tiġi użata kummerċjalment fit-tpinġija tal-vetturi jew tad-drapp.
Madwar 1060parteċipant bħalissa qed jattendu 59 kors differenti fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, li kien inawgurat fi Frar tal-2008.  Dan iċ-ċentru għandu l-għan li jkompli jibni fuq il-potenzjal ta’ kull parteċipant u għalhekk ikabbar l-abilitajiet individwali sabiex jippromwovi t-talenti artistiċi u artiġjanali tagħhom.
Bejn is-27 u d-29 ta’Marzu 2009, fis-sala tal-konferenzi ġewwa dan iċ-ċentru, se ssir il-Konferenza Internazzjonali Ewropea tal-Bizzilla, li hija parti mill-attivitajiet ta’ mobilità fil-proġett Lace – wealth for the rich, blessing for the poor fil-Programm Leonardo da Vinci, li huwa parti mill-Programm tal-Lifelong Learning 2007 – 2013 tal-Kummissjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow