Left arrow Go Back

TINFETAĦ ESEBIZZJONI TAL-UNITED NATIONS ENVIRONMENT PROGRAMME (UNEP) F’MALTA

PR0403
Date Icon 09/03/2009
Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Ruralil-Onor. George Pullicino, illum fetaħ esebizzjoni ta’ 28 pittura li jiffurmaw parti mill-aħjar ħamsin li ntgħażlu mill-UNEP (United Nations Environment Programme). Il-UNEP li hija l-vuci tal-ambjent fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, organizzat kompetizzjoni madwar id-dinja kollha biex it-tfal jesprimu l-opinjoni tagħhom u jagħtu messaġġ biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-bidla fil-klima permezz tat-tpinġija.
B’kollox  ipparteċipaw ‘il fuq minn 200,000tifel u tifla minn madwar id-dinja matul dawn l-aħħar snin li din il-kompetizzjoni ‘paint for the planet’ ilha tigi organizzata. Fost il-parteċipanti kien hemm ukoll tifel Malti.
Il-Ministru Pullicino sostna li għandna nkunukburin li minn fost dawn l-artisti kollha wieħed mir-rebbieħa huwa Malti, Andrew Bartolo ta’ 15 – il sena minn San Ġwann. Il-pittura tiegħu m’hix esebita fl-esebizzjoni li qed titella’ f’Malta għax ġiet irkantata u l-flus li daħħlu minnha qed jintużaw għal aktar inizjattivi ambjentali mill-UNEP. Il-pittura ta’ dan iż-żgħażugħ Malti tfittex li tagħti vuċi lil kreaturi li minħabba l-bidla fil-klima jinsabu fil-periklu.
Din l-esebizzjoni diġà rawha t-tfal li kienuqegħdin jippartecipaw fil-kids summit li kien organizzat is-Sibt li għadda. Il-Ministru Pullicino sostna li f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-bidla fil-klima u matul l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart, qed tingħata wkoll vuċi lit-tfal.
Din l-esebizzjoni li qiegħda tittella’fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, se tibqa miftuħa sal-14 ta’ Marzu u d-dħul huwa b’xejn. Il-Ministru Pullicino ħeġġeġ lil kulħadd b’mod partikolari lill-iskejjel sabiex iżuru din l-esebizzjoni ta’ pitturi li kollha jwasslu messaġġ komuni, il-ħtieġa li tittieħed azzjoni biex tingħeleb l-isfida tal-bidla fil-klima.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow