Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIRETTORAT għal KWALITÀ u STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

PR0402
Date Icon 09/03/2009

Id-Direttur Ġenerali għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni tgħarraf li l-Eżami għad-Dħul fl-Ewwel Klassi tal-Junior Lyceum se jsir kif ġej:  

DATA

SUĠĠETT

ĦIN

4 ta' Mejju 2009     

STUDJI SOĊJALI       

8:45 sa 10:15 ta’ fil-għodu

5 ta’ Mejju 2009     

MALTI   

8:45 sa 10:30 ta’ fil-għodu

6 ta’ Mejju 2009     

INGLIŻ

8:45 sa 10:30 ta’ fil-għodu

7 ta’ Mejju 2009     

MATEMATIKA

8:45 sa 10:30 ta’ fil-għodu

8 ta’ Mejju 2009     

RELIĠJON

8:45 sa 10:15 ta’ fil-għodu

L-applikazzjonijiet għal dan l-eżami jistgħu jinkisbu jew mingħand il-Kap tal-Iskola fejn jattendi l-kandidat jew mill-Customer Care Unit, Direttorat tal-Edukazzjoni, Floriana, kif ukoll mill-Uffiċċju tal-Edukazzjoni, ir-Rabat Għawdex, minn nhar il-Ġimgħa 13 ta' Marzu 2009. 

Il-formoli tal-applikazzjoni, mimlijin kif meħtieġ, għandhom jingħataw lura lill-Customer Care Unit sa nofsinhar tal-Ġimgħa 27 ta' Marzu 2009. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-Gazzetta tal-Gvern ta’ għada 10 ta' Marzu 2009. 

Dawk il-kandidati li jeħlu minn suġġett wieħed jistgħu jerġgħu jagħmlu l-eżami f’dak is-suġġett fil-31 ta’ Lulju 2009.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow