IL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT TONIO FENECH JATTENDI LAQGĦA TAL-ECOFIN U L-EUROGROUP
PR0399
09/03/2009
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u tal-Eurogroup. |
| L-Onor. Tonio Fenech hu | akkumpanjat mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri. |
| Waqt l-ECOFIN, il-Ministri se | jiddiskutu fost il-Programmi ta’ Stabilità u Konverġenza u bħala parti mit-tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta’ Marzu 2009, se jindirizzaw ukoll temi li jinkludu r-rati mnaqqsa tal-VAT, il-finanzjament internazzjonali tal-bidla tal-klima, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-prioritajiet tal-Kunsill għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984