Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT TONIO FENECH JATTENDI LAQGĦA TAL-ECOFIN U L-EUROGROUP

PR0399
Date Icon 09/03/2009
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u tal-Eurogroup.
L-Onor. Tonio Fenech huakkumpanjat mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
Waqt l-ECOFIN, il-Ministri sejiddiskutu fost il-Programmi ta’ Stabilità u Konverġenza u bħala parti mit-tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta’ Marzu 2009, se jindirizzaw ukoll temi li jinkludu r-rati mnaqqsa tal-VAT, il-finanzjament internazzjonali tal-bidla tal-klima, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-prioritajiet tal-Kunsill għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow