Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT ITEMM IŻ-ŻJARAT UFFIĊJALI TIEGĦU FL-IBLIET U RĦULA

PR0398
Date Icon 08/03/2009
Fl-Uffiċċjutal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, fil-preżenza ta’ bosta kunsillieri u ħaddiema li matul iż-żmien taw sehemhom fil-Kunsill, il-President Eddie Fenech Adami temm iż-żjarat uffiċjali fl-ibliet u r-rħula.
Iż-żjara uffiċjalif’Birkirkara kellha suppost issir fil-bidu ta’ Diċembru 2008 imma kellha titħassar imħabba li dak iż-żmien l-President għamel ġranet indispost tant li kellha titħassar ukoll żjara statali mill-President tal-Bulgarija. Meta indirizza l-Kunsill, l-President qal li fiż-żjarat fil-lokalitajiet kien ta’ pjaċir għalih jiskopri diversi karatteristiċi tal-lokal li qatt ma ra qabel u dan jgħodd ukoll għal Birkirkara -  Raħal twelidi, li għandu storja li tmur lura fiż-żmien.
Il-President FenechAdami qal li f’ħames snin President ta’ Malta żar ħamsa u għoxrin lokalita fejn ikkonferma kemm il-Kunsilli Lokali taw il-prova ta’ l-eżistenza u l-utilita’ tagħhom b’ħidma mis-sindki u l-kunsilliera flimkien ma’ għaqdiet volontarji li tul is-snin fittxu u saħħu l-identita` tal-belt jew raħal tagħhom.
Il-President u s-SinjuraFenech Adami dalgħodu ħadu sehem fil-quddiesa fil-Bażilika ta’ Santa Liena u wara bħal ma sar qabel, iltaqgħu mar-residenti fuq iz-zuntier għal kafe u pastizzi.
Il-President,akkumpanjat minn ibnu, is-Sindku Michael Fenech Adami, iltaqa’ ma’ Frans Casha, skultur magħruf għall-mudell fuq disinn propozzjonali tal-Bażilika ta’ Santa Liena, ma’ Margaret Farrugia, pittriċi li ilha toqgħod f’Birkirkara għal iktar minn erbgħin sena, u ma’  Victor Bugeja magħruf għall-pasturi tat-tafal li jagħmel tant b’dedikazzjoni sa minn meta kien tifel imur id-duttrina.
Il-President żartlett każini tal-baned, dak ta’ Santa Elena, tal-Banda Duke of Connaught u tal-Banda ta’ Sant’ Antin, kif ukoll il-mużew tal-Bażilika ta’ Santa Liena.  Fi Ġnien ta’ Paris il-President ħawwel siġra ta tifkira ta’ zjara uffiċjali.
Is-Sinjura FenechAdami żaret ir-residenti anzjani ta’ Dar Pirotta, St Francis de Paule Home u Villa Chelsea, kif ukoll il-kunvent tas-sorijiet tal-Agostinjani u tal-Qalb ta’ Ġesu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow