Left arrow Mur Lura

Il-Kunsilli Lokali jemmnu fi Switch għall-Użu Aħjar tal-Enerġija

PR0397
Date Icon 08/03/2009

“Il-Kunsilli Lokali huma mpenjati bis-sħiħ favur l-użu aħjar tal-enerġija u dan qed jixħduh kemm permezz tal-parteċipazzjoni qawwija tagħhom fil-kampanja Switch, kif ukoll permezz tal-inizjattivi ambjentali li qegħdin jieħdu individwalment.”

Dan qalu l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni, waqt li kien qed iżur il-Kunsilli Lokali tal-Pembroke u l-Mellieħa bħala parti minn kampanja ta’ tqassim ta’ informazzjoni fil-ħwienet u postijiet pubbliċi tal-lokalitajiet.

Permezz tal-kampanjata’ ġurnata, 65 Kunsill Lokali madwar Malta u Għawdex qed iqassmu posters informattivi fil-lokalitajiet tagħhom bil-għajnuna tal-Kunsilliera u l-għaqdiet non-governattivi tal-lokalità. L-attività saret bħala parti mill-kampanja Switch, u tingħaqad ma’ għadd ta’ inizjattivi u miżuri oħrajn li qegħdin jittieħdu fil-Kunsilli Lokali, fosthom il-kitba ta’ artikli informattivi fil-fuljetti tal-Kunsilli, it-tfassil ta’ town hall meetings fiċ-ċentri tal-lokal, u inizjattivi individwali li qegħdin jittieħdu skont l-impenn tal-Kunsilli.
Waqt żjarafil-ħwienet tal-lokalità ta’ Pembroke, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, saħaq li “biex nikkumbattu l-bidla fil-klima u biex nilħqu l-miri li stabilixxejna fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jeħtieġ li verament nagħmlu switch fil-mentalità. Huwa għalhekk li Switch mhix kampanja tal-Gvern, iżda hija kampanja ta’ kulħadd, kif biex nilħqu l-miri tagħna jeħtieġ li jkun hemm l-impenn ta’ kulħadd.” Il-Ministru Pullicino ħeġġeġ lil kulħadd sabiex ikompli jagħti sehmu fil-proċessi ta’ konsultazzjoni pubblika li għaddejjin bħalissa.
Il-Kunsilli Lokalital-Pembroke u tal-Mellieħa huwa żewġ lokalitajiet li qed jagħtu importanza kbira lill-enerġija alternattiva u lill-użu effiċjenti tal-enerġija fil-lokalitajiet tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow