Sitta u Għoxrin Kunsill Lokali jingħataw għajnuna biex jorganiżżaw attivitajiet kulturali.
PR0396
07/03/2009
| Erbatax – il Kunsill | Lokali f’Malta u tnax –il Kunsill Lokali f’Għawdex ġew mgħotija għajnuna finanzjarja mill-Gvern għal tmienja u għoxrin attivita’ kulturali li huma ser ikunu qed jorganizzaw fix-xhur li ġejjien. |
| Il-Gvern nieda din l-iskema | f’Novembru li għadda u għaliha applikaw tlieta u tletin Kunsill bi tmienja u tletin l- attivita. Il-għan ewlieni tagħha hu dak li jssaħħaħ u jsostni attivitajiet li diġa qegħdin isiru f’ċertu lokalitajiet matul is-sena, fil-waqt li jinċentiva Kunsilli Lokali oħra biex joħolqu fil-lokalitajiet tagħhom attivitajiet li jgħinu biex jippromwovu l-aspetti kulturali u tradizzjonali u l-wirt storiku mal-pubbliku malti kif ukoll mat-turisti li jżuruna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għal-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onorevoli Chris Said, fisser l-għanijiet ta’ din l-iskema waqt attivita’ li ġiet organizzata illum fil-Palazz tal-Inkwizitur, il-Birgu, fejn ġiet imħabbra l-għotja finanzjara li ser tingħata lil dawk il-kunsilli lokali li ipparteċipaw u li kienu eliġibbli. |
| Dr Said semma’ kif fl-aħħar xhur il-Gvern | nieda diversi skemi sabiex jgħin lill-Kunsilli Lokali fosthom Skema għat-tnedija ta’ progetti Energy Saving, Skema għal- Attivitajiet Sportivi, u Skema għal- studju fuq żewg proġetti pilota għal lokalitajiet sostenibbli. Dan sar biex il-Kunsilli Lokali barra l-allokazzjoni diretta jingħataw ukoll l-opportunita’ li japplikaw għal fondi speċjali. |
| Hu spjega ukoll kif l-iskema | ta’ Attivitajiet Kulturali ser tgħin lil dawk il-Kunsilli li, matul din is-sena, jixtiequ jorgannizzaw attivitajiet kulturali fil-lokalita’ tagħhom biex itejbu il-prodott domestiku storiku u tradizzjonali billi jippromwovi l-wirt nazzjonali u lokali kemm mal-Maltin kif ukoll lit-turisti li jżuru lil pajjiżna speċjalment fix-xhur tax-xitwa. |
| Din l-inizjattiva ser | tgħin biex tkompli iżżid numru ta’ attrazzjonijiet fil-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali li l-pubbliku ġenerali jista’ jgawdi minnhom. Permezz ta’ dan jigi zgurat zvilupp sostenibbli fil-lokalitajiet taghna fl-oqsma socjali, ekonomici, kulturali u ambjentali billi jigi apprezzat u mizmum ahjar il-wirt nazzjonali taghna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari fisser ukoll kif dawn l-attivitajiet mifruxa fuq diversi weekends fix-xhur ikkunsidrati bħala shoulder months ser jagħtu ħajja lill-lokalitajiet tagħna u ser iservu ta' attrazzjoni anke għat-turisti li jkunu fostna. |
Excel File (i) – Granted Applications – Malta
Excel File (ii) – Granted Applications - Gozo
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984