Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0394
Date Icon 07/03/2009
Sospensjoni ta’ kuntratt ta’ħaddiem tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralijirreferi għall-kummenti pubbliċi li saru wara li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) itterminat il-kuntratt ta’ wieħed mill-enġiniera tagħha li kien impjegat fuq kuntratt ta’ xogħol definit.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralijiċħad b’mod kategoriku li kellu xi sehem f’din id-deċiżjoni u jiddeplora bil-qawwa kollha kull min, b’mod irresponsabbli, qed itenni din il-miżinformazzjoni.
Il-Ministeru ma jindaħalx f’deċiżjonijeitinterni ta’ management tal-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ politika tiegħu.  Lanqas mhu minnu, kif ippruvat tingħata l-impressjoni, li l-Ministeru għandu xi preġudizzju kontra l-persuna kkonċernata.  Tant hu hekk li din l-istess persuna ingħatat numru ta’ kuntratti ta’ servizz bħala konsulent mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet abbażi tal-ħiliet tiegħu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow