Left arrow Mur Lura

Bl-appoġġ tal-Gvern, il-kumpanija Trelleborg se tkompli tinvesti u toħloq ix-xogħol

PR0393
Date Icon 07/03/2009
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech spjega li l-kumpanija Trelleborg Sealing Solutions Limited, li timpjega 450 persuna f’pajjiżna u li kienet diġà fuq 4 day week, minħabba tnaqqis drastiku fl-ordnijiet, kaġun tal-kriżi ekonomika internazzjonali u b’mod partikolari t-tnaqqis fl-ordnijiet ta’ karozzi madwar id-dinja kollha, kien se jkollha tnaqqas 150 impjieg jew tinżel għal 3 day week għall-ħaddiema kollha. Dan kien se jixħet fid-dubju l-kontinwità tan-negozju tagħha f’Malta.
Il-Gvern, li f’dawn il-ġimgħat,anke permezz tat-Taskforce mwaqqfa mill-Ministru Fenech, qed jitkellem u jifhem is-sitwazzjoni fil-kumpaniji kollha li qegħdin fuq 4-day week. Bl-għajnuna għall-investiment mogħtija mill-Gvern, Trelleborg irnexxilha tattira erba’ proġetti oħra lejn Malta u fl-2009 se tagħmel investiment ta’ €2 miljun. Dan jinkludi linji u tagħmir li se jinġiebu Malta minn pajjiżi kompetituri tagħna, b’sinjal ta’ fiduċja li l-kumpanija għandha f’Malta u fil-ħaddiema tagħha.
Dan se jfisser li mhux talli ġewsalvati 150 post tax-xogħol iżda saħansitra l-kumpanija impenjat ruħha li timpjega 85 persuna sal-aħħar tal-2010 grazzi għall-investiment ġdid. Il-Ministru Fenech irringrazzja lill-kumpanija għall-fiduċja li wriet f’pajjiżna u qal li din id-deċiżjoni hija wkoll frott id-direzzjoni strateġika tal-Gvern u saħaq li s-salvagwardja u l-ħolqien ta’ impjiegi tibqa’ priorità assoluta.
Id-Direttur Maniġerjali ta’ Trelleborg, MartinHignett sostna li b’din l-aħbar il-kumpanija kienet qed tagħmel dikjarazzjoni importanti: Trelleborg qiegħda hawn biex tibqa’. Dan l-investiment se jkompli jankra l-kumpanija f’Malta. Huwa faħħar l-esperjenza, il-kapaċitajiet u l-lealtà tal-ħaddiema tagħha u spjega kif se tipprovdi aktar taħriġ biex dawn il-kapaċitajiet jikbru. Huwa faħħar l-għajnuna tal-Gvern u qal li din il-kooperazzjoni kienet kritika biex il-kumpanija tkun tista’ ġġib aktar investiment lejn Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow