Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-ONOR. JOHN DALLI, MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI, WAQT IL-KONFERENZA ANNWALI TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-PROMOZZJONI TAL-UGWALJANZA – SAN ĠILJAN – 6 TA’ MARZU 2009

PR0383
Date Icon 06/03/2009
Huwata’ pjaċir għalija li niftaħ f’dan il-business breakfast dwar il-ħidma u l-kisbiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza.
L-ugwaljanza hija dritt fundamentaligħad-dinjità tal-bniedem, u hija wkoll il-qofol għall-parteċipazzjoni ikbar fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà ġenerali.  Il-Gvern iħaddan bis-sħiħ il-prinċipju tal-ugwaljanza, it-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd.  F’pajjiżna, fejn ir-riżorsa umana hi fundamentali, id-diskriminazzjoni tgħedded mhux biss l-iżvilupp ta’ kull individwu, iżda wkoll dak ta’ pajjiżna.  Għalhekk, is-sehem ta’ kull persuna hija indispensabbli għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.
Il-ħidma sfieqa tal-Kummissjoni kompliet matull-2008.  Minn din is-sena, bid-dħul tal-Avviż Legali 181 tal-2008, ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni twessgħu biex jinkludu wkoll id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ ġeneru fil-proviżjon ta’ servizzi u oġġetti.  B’hekk ġie msaħħaħ il-qafas legali nazzjonali favur l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
L-impenn tal-Gvern huwa li jassigura li kullindividwu jkollu aċċess indaqs sabiex ikun jista’ jiżviluppa l-potenzjal tiegħu jew tagħha, kif ukoll sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jipparteċipa fis-setturi u l-oqsma kollha tas-soċjetà.  Il-Gvern, permezz tal-NCPE, jindirizza prattiċi diskriminatorji u inkonsistenzi, sabiex jiġi żgurat trattament indaqs fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni, u kif ukoll fl-aċċess u l-għoti tas-servizzi.
Dinil-politika inklussiva tassigura li ħadd ma jkun eskluż mill-parteċipazzjoni u l-ħolqien tal-ġid komuni.  Il-Gvern Malti fil-fatt ħa diversi inizjattivi biex jiżgura li l-prinċipju tal-ugwaljanza jkun verament prijorità orizzontali fil-formulazzjoni tal-politika fuq livell nazzjonali.  Din l-istrateġija għenet biex titnaqqas is-segregazzjoni tal-ġeneri fl-oqsma tax-xogħol u l-edukazzjoni; fir-rikonċiljazzjoni bilanċjata bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja; u fil-miżuri favur il-familja fuq il-post tax-xogħol.
Il-politika tal-Gvern f’dan il-qasam tindirizzab’mod dirett il-ħtiġijiet ġodda tal-familji, tal-ħaddiema u tan-negozji.  Fil-fatt, ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, dik tal-familja u dik privata hija għodda kruċjali sabiex tiġi garantita l-ugwaljanza fl-opportunitajiet, u l-inklużjoni soċjali.  L-introduzzjoni ta’ miżuri fiskali vantaġġjużi jħeġġu lill-ġenituri, speċjalment lill-ommijiet, biex jidħlu jew jirritornaw fid-dinja tax-xogħol wara li jkollhom it-tfal.  Barra minn dan, pajjiżna qed jinvesti f’aktar ċentri ta’ matul il-jum għat-tfal.
Matul din is-sena saru wkoll żviluppi importantifil-miżuri favur il-familja, bħall-introduzzjoni tat-telework.  Minħabba l-fatt li l-politika dwar it-telework tat ir-riżultati mixtieqa fis-settur pubbliku, din kienet miftuħa ukoll għall-impjegati tal-privat, sabiex huma jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll minn iktar forom flessibbli ta’ xogħol, skont in-natura tax-xogħol tagħhom.  Il-miżuri favur il-familja huma ta’ benefiċċju għall-familji u l-impjegati kollha għaliex jikkontribwixxu fil-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija, u anke fit-tisħiħ tal-familji tagħna.  Permezz ta’ dawn il-miżuri, kemm l-irġiel u kif ukoll in-nisa jibbilanċjaw id-doveri tagħhom fis-suq tax-xogħol, u fl-istess ħin jaqsmu r-responsabbiltajiet familjari, irrispettivament mill-ġeneru tagħhom.
L-iżvilupp ta’ dawn il-miżuri, flimkien ma’politika nazzjonali inklussiva ħallew il-frott mixtieq.  Fil-fatt, il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol qiegħda kull ma jmur tiżdied, u dan jgħodd ukoll għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika.  Barra minn hekk, pajjiżna qed igawdi wkoll minn rati ogħla ta’ nisa li kisbu livelli għolja ta’ edukazzjoni.
Il-ħolqien ta’ kuxjenza f’dan ir-rigwardtikkontribwixxi fl-iżvilupp tar-riżorsi umani tagħna u l-parteċipazzjoni sħiħa ta’ kull persuna fl-ekonomija u fil-ħolqien tal-ġid li minnu jgawdi kulħadd.  Permezz t’hekk, il-kontribut u l-potenzjal ta’ kulħadd ikun apprezzat u utilizzat b’mod sħiħ.  Fil-fatt, matul il-ħames sena mit-twaqqif tagħha, l-NCPE kompliet tqajjem għarfien dwar l-ugwaljanza u d-diversità, sabiex tiġi megħluba d-diskriminazzjoni u l-isterjotipi abbażi tal-ġeneru u r-razza jew l-oriġini etnika.
Id-diversità minn dejjem kienet partimill-ambjent soċjali u kulturali f’pajjiżna.  Il-Maltin dejjem ħaddnu r-rispett u l-inklużjoni tad-diversitajiet kulturali f’pajjiżna. Ix-xenofobija qatt ma kienet manifestata fil-psikożi tal-Maltin sakemm l-ospitalità tagħna ma kinitx abbużata. Il-Maltin dejjem emmnu li minkejja li d-diversità ġġib magħha kulturi u ideat differenti, din tħares l-integrità u l-identità ta’ kull individwu u tas-soċjetà in ġenerali.  Nagħrfu li d-diversità hija sors ta’ skambju kulturali li żżewwaq il-kwalità tal-ħajja tagħna b’esperjenzi u opinjonijiet differenti.  Għalhekk, ir-rispett tad-diversità hija fundamentali għal soċjetà inklussiva.
Għalkemm fil-pajjiż qegħdin naraw bidlapożittiva fl-impenn lejn l-ugwaljanza, għad hemm ħafna xi jsir.  Il-liġijiet u l-azzjonijiet pożittivi huma tajba mingħajr dubju, iżda waħedhom m’humiex biżżejjed.  Il-kontribut u l-ħidma kontinwa tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza hija fundamentali sabiex is-soċjetà tagħna tkun ħielsa mill-isterjotipi u d-diskriminazzjoni, li ma jagħmlu xejn ħlief ifixklu l-iżvilupp.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow