Left arrow Mur Lura

PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN

PR0381
Date Icon 05/03/2009
B’referenza għall-istqarrija ta’ nhar it-Tnejn2 ta’ Marzu 2009, dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Awditur Ġenerali javża li l-prezz għal kull Stock li jidhru hawn taħt, huwa kif ġej:-
(i) 5% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2021 (I) –Fungibility Issue bi prezz ta’ €101.50 b’YTM ta’ 4.84%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.90%,
(ii) 3.6% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2013 (IV)- bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.60%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.63%.
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn 9 ta’Marzu 2009 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Awditur Ġenerali: (i) fil-5.00pm l-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, (ii) nofsinhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu 2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn, ujiġi ddepożitati għand, il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provedituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.
Aktar tagħrif dwar l-istocks jinsabfil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow