PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN
PR0381
05/03/2009
| B’referenza għall-istqarrija ta’ nhar it-Tnejn | 2 ta’ Marzu 2009, dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Awditur Ġenerali javża li l-prezz għal kull Stock li jidhru hawn taħt, huwa kif ġej:- |
| (i) 5% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2021 (I) – | Fungibility Issue bi prezz ta’ €101.50 b’YTM ta’ 4.84%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.90%, |
| (ii) 3.6% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2013 (IV) | - bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.60%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.63%. |
| L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn 9 ta’ | Marzu 2009 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Awditur Ġenerali: (i) fil-5.00pm l-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, (ii) nofsinhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu 2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant. |
| Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn, u | jiġi ddepożitati għand, il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provedituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. |
| Aktar tagħrif dwar l-istocks jinsab | fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt). |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984