MALTA U L-IRLANDA JIFFIRMAW FTEHIM TA’ KOPERAZZJONI KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA
PR0380
05/03/2009
| Malta u l-Irlanda dan l-aħħar iffirmaw ftehim | dwar koperazzjoni kontra l-kriminalità organizzata. |
| Dan il-ftehim, li kien iffirmat fi Brussell | mill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici u l-Ministru Irlandiż għall-Ġustizzja, Dermot Ahern, jittratta krimini serji fosthom traffikar ta’ drogi, traffikar ta’ persuni u terroriżmu. |
| Fost inizjattivi oħra, il-ftehim joffri l-possibilità | ta’ skambju ta’ informazzjoni relatata mal-prevenzjoni u investigazzjonijiet marbuta ma’ delitti ta’ dan it-tip. |
| Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Gvern Malti u | l-Gvern Irlandiż ser ikunu jistgħu jikkoperaw fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ maħsuba sabiex esperti jaqsmu tagħrif marbut mal-prevenzjoni u investigazzjoni. Dan jinkludi taħriġ lil uffiċjali ta’ aġenziji responsabbli mill-infurzar tal-liġi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984