ĦIDMA BIEX JIĠI EVITAT IL-PERIKLU KKAWŻAT MIR-RIĦ QAWWI F’GĦAWDEX
PR0378
05/03/2009
| Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili | u oħrajn mid-Dipartiment tal-Proġetti u l-Iżvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kienu impenjati għal sigħat twal f’ħidma biex ineħħu l-periklu fit-toroq madwar Għawdex, ikkawżat mir-riħ qawwi li ħakem il-gżira. Din il-ħidma bdiet għal ħabta tat-8.30 p.m. tal-bieraħ filgħaxija u baqgħet għaddejja sa tard illum filgħodu. |
| Ġiet ikkawżata ħafna ħsara kemm f’postijiet | pubbliċi kif ukoll privati. Fost l-oħrajn tqaċċtu diversi siġar, inqalgħu xi siġar kbar mill-għeruq, kif ukoll arbli tad-dawl ġarbu ħsarat, li wassal ukoll għal qtugħ fil-provista tal-elettriku f’xi nħawi. Barra minn hekk waqgħu wkoll xi ħitan tas-sejjieħ u opramorti ta’ djar. Statwa tal-Madonna ta’ Pompej li kienet tinsab fuq il-koppla tal-knisja żgħira annessa mal-kunvent tas-sorijiet Dumnikani fi Triq Anton Tabone, ir-Rabat, tqaċċtet mill-post u waqgħet. |
| Il-riħ laħaq il-qawwa massima f’Għawdex | fit-08.09 p.m. meta fix-Xewkija ġiet reġistrata buffura riħ ta’ 47 knot ekwivalenti għal qawwa tar-riħ Forza 9. |
| L-aktar żoni milquta f'Għawdex kienu Ta’ Sannat, | ix-Xewkija, in-Nadur u l-Imġarr. |
| Il-kundizzjonijiet tat-temp fuq | il-gżira huma mistennija li jkomplu jkunu maħkuma minn irjieħ li jvarjaw minn ftit qawwi għal qawwi mill-punent ilbiċ sa qawwi minn nofsinhar ilbiċ, bil-possibiltà li matul il-lejl jilħaq qawwa ta’ riefnu. |
| Sadanittant kull min ikollu | bżonn xi għajnuna jew biex jirrapporta ħsarat jista’ jagħmel dan billi jikkuntattja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex fuq in-numru 21564213. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984