Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOHN DALLI, MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI, FL-OKKAŻJONI TAL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI TAL-FITA (FOUNDATION FOR INFORMATION TECHNOLOGY ACCESSIBILITY) – BLATA L-BAJDA – 04.03.2009

PR0375
Date Icon 05/03/2009
Mingħajr dubju ta’xejn il-kompjuter iddomina l-aħħar għoxrin sena tas-seklu li għadda, kif teknoloġiji tal-ivvjaġġar bħat-tren, il-karozza u l-avjazzjoni ddominaw id-dinja fil-mitt sena ta’ qabel. Dawn l-avvanzi ġabu titjib ta’ kwalita’ fil-ħajja ta’ miljuni ta’ nies, inkluż persuni b’diżabilita’. Iżda, fil-każ ta’ dawn tal-aħħar il-bidliet kienu ftit u tard wisq. Fil-każ tar-revoluzzjoni tal-informatika qed nippruvaw nassiguraw li l-persuni b’diżabilita’ igawdu minn dawn l-avvanzi bl-istess pass tal-kumplament tal-popolazzjoni.
Il-Ministeru tal-Politika Socjali kien wieħedminn tal-ewwel li għaraf il-potenzjal li għandha l-informatika bħala għodda biex tiffaċilita t-tagħlim, kif ukoll li tkattar l-opportunita’ ta’ impjiegi siewja għall-persuni b’diżabilita’. L-aqwa teknoloġija hija waħda li toffri opportunitajiet indaqs lil min jagħmel użu minnha u l-informatika tagħmel dan.
Grazzi għall-informatika llum qed naraw persunib’nuqqas ta’ mobilita’ jużaw l-internet, jikkomunikaw ma’ persuni b’diżabilita’ oħra u jagħmlu xogħol f’uffiċini fuq l-istess livell ta’ sħabhom bla diżabilita’. F’ambjent virtwali l-fatt li tuża wheelchair m’għandux ifixkel il-persuna milli tkun produttiva.
Bl-istess mod, persuni b’nuqqas ta’ dawl jużawl-email, jaqraw dokumenti u jikkomunikaw bil-kitba ma’ persuni li jaraw, fuq l-istess livell u bl-istess facilita’. Dan grazzi għat-teknoloġiji bħal speech-to-text u text-to-speech; teknoloġiji li anki f’Malta sirna narawhom jintużaw fost firxa ta’ nies.
L-avvanzi mgħaġġla fil-qasam tat-teknoloġijalaqtu wkoll is-settur tal-persuni neqsin mis-smigħ, fejn ħafna minnhom illum jagħmlu użu minn webcams biex jikkomunikaw ma’ xulxin f’pajjiżi differenti permess tal-lingwa tas-sinjali. Din it-teknoloġija għadha m’hiex komuni fi spazji pubbliċi imma biż-żmien żgur naraw li kull gabbana telefonika jkollha din il-faċilita’.
Il-persunib’nuqqas intellettwali wkoll għandhom x’jirbħu mit-teknoloġija tal-informatika, speċjalment fil-qasam edukattiv. Kunċetti li forsi bil-kelma mitkellma jistgħu jkunu diffiċli biex wieħed jifhimhom isiru aktar sempliċi bis-software edukattiv li għandna għad-dispożizzjoni tagħna llum. Stampi animati, filmati qosra, logħob edukattiv, kollha huma għodda siewja f’idejn l-għalliem u joffru opportunita’ biex persuna b’nuqqas intellettwali tkun tista’ timmassimizza l-potenzjal tagħha u b’hekk ittejjeb l-opportunitajiet għal impjieg aħjar.
Anki għal persunib’diżabilita’ tant severa li ma jistgħux jaħdmu full-time u jkollhom iqattgħu ħin sostanzjali d-dar, l-informatika għandha s-saħħa tkisser il-ħitan tal-iżolament u tlaqqaħhom ma’ ħbieb minn kull parti tad-dinja. Permess tal-internet ittihom aċċess għal-librerija ta’ informazzjoni u għerf li qatt ma kien hawn bħala fl-istorja tal-bniedem.
Illum, waqt dinl-AGM se naraw ftit eżempji ta’ nies b’diżabilita’ li t-teknoloġija tal-informatika għamlet differenza kbira fil-kwalita’ ta’ ħajja tagħhom. Nies li jew tathom aċċess għal studji avvanzati, jew l-opportunita’ li jkollhom xogħol siewi u indipendenza finanzjarja.
Is-suċċess ta’dawn in-nies u oħrajn bħalhom ma ġiex sempliċiment għaliex kienet teżisti t-teknoloġija tal-informatika, iżda aktar minn hekk, għaliex aħna lkoll: politiċi, negozjanti, ħaddiema u volontiera fil-qasam tad-diżabilita’ għarafna l-opportunitajiet tad-deheb li kellha x’toffri din it-teknoloġija u qegħdin nagħmlu ħilitna biex noħolqu ambjent li jiffaċilita l-użu tagħha.
Fost il-passi li,bħala poplu, ħadna biex naċċertaw li l-persuni b’diżabilita’ ma jkunux vittmi ta’ dik li tissejjaħ id-Digital Divide, kien hemm it-twaqqif tal-FITA mill-MITA u l-KNPD. Sa mill-2001 il-FITA ilha punt ta’ referenza nazzjonali f’dan il-qasam. Serviet u għadha sservi bħala xprun biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet elettroniċi għall-ħtiġijiet lokali, bħal pereżempju l-iżvilupp ta’ speech synthesiser bl-ilsien Malti. Ħadmet u għadha taħdem flimkien mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-ETC biex persuni b’diżabilita’ jsibu direzzjoni ċara mit-tfulija sal-ħajja adulta f’dak li hu edukazzjoni u xogħol.
L-użu tal-informatika ġġib magħha diversiproblemi, bħal, pereżempju:

·        Aċċess għall-apparat addattat tal-informatika (hardware)

·        Aċċess għal software addattat

·        Aċċess għas-servizzi elettroniċi, u

·        Aċċess għall-ħiliet fil-qasam tal-informatika (ħiliet tekniċi, kif ukoll ħiliet fl-iżvilupp ta’ software).  

Waħedha l-FITA ma tistax tasal biex taffrontadawn il-problemi. U hawn hekk fejn nidħlu aħna lkoll li qegħdin hawn illum. Jeħtieġ li flimkien naħdmu biex nassiguraw li l-persuni b’diżabilita’ jkollhom aċċess sħiħ għal apparat u servizzi tal-informatika bi prezz raġonevoli. Nafu li dan diga’ qiegħed jiġri u li diversi skemi ta’ sussidji mħaddma mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, mill-Malta Community Chest Fund u mill-Gvern. Dan kollu biex jiggarantixxi li l-ebda persuna b’diżabilita’ li għandha bżonn tuża l-informatika ma tiċċaħħad minn dan minħabba li ma tistax tixtri l-apparat li għandha bżonn.
Fuq livell ieħor, irridu nassiguraw li l-ambjentelettroniku huwa aċċessibbli għal kulħadd. Nibdew billi nassiguraw li l-websites tal-kumpaniji, ministeri u dipartimenti jkunu aċċessibbli skont linji gwida stabbiliti u anki, fil-każ ta’ entitajiet pubbliċi, skont regolamenti maħruġa mill-Gvern Malti. Ambjent elettroniku inaċċessibbli jxekkel l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilita’ bl-istess mod li jagħmel l-ambjent mibni ħażin.
Kull min jagħmel użu minn kompjuter jaf kemm huimportanti t-taħriġ addattat. Dan jgħodd aktar u aktar għall-persuni b’diżabilita’ li sikwit ikollhom bżonnijiet partikolari f’dak li hu taħriġ. Hawn hekk nixtieq insellem lis-Sur Michael Micallef, persuna b’diżabilita’ u ħaddiem fi ħdan il-FITA, li għal dawn l-aħħar erbatax-il sena ilu jħarreġ persuni b’nuqqas ta’ dawl fl-użu tal-kompjuter, kif ukoll jgħatihom pariri fuq xiri ta’ apparat u jservi ta’ helpdesk għal studenti u ħaddiema bla dawl meta dawn ikollhom bżonn is-sapport.
Imma l-maġġoranzatal-persuni b’diżabilita’ jistgħu u għandhom jieħdu t-taħriġ tagħhom fil-mainstream, bħal fl-Universita’, l-MCAST u istituzzjonijiet privati li jagħlmu l-informatika. Għaldaqstant, huwa essenzjali li dawn kollha jkunu fiżikament aċċessibbli. Dan jgħodd speċjalment għal entitajiet li għadhom qed jinbnew, jew li nbnew f’dawn l-aħħar disa’ snin minn mindu, fl-2000, ġiet fis-seħħ il-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita’).
Fl-aħħar, huwa ta’sodisfazzjon li naraw li l-FITA qed tagħmel l-għalmu tagħha biex tisfrutta l-opportunitajiet offruti mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea billi qed tapplika li tipparteċipa f’waħda mis-7th Framework Programme projects u tefgħet applikazzjoni għal fondi mill-ERDF. Ta’ sodisfazzjon ukoll il-fatt li minn żmien għal żmien il-FITA toffri opportunitajiet għal skambju bejn żgħażagħ ta’ pajjiżi oħra biex jaħdmu fil-qasam tal-informatika u persuni b’diżabiltia’ f’Malta, u li persuni b’diżabilita’ Maltin jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ taħriġ u skambju barra minn xtutna.
Il-progress liqed isir f’dan il-qasam m’huwiex dovut għal ħidma ta’ persuna waħda biss, jew ta’ entita’ waħda biss. Huwa dovut għal ħidma tagħna lkoll magħqudin b’rieda waħda: li nassiguraw li s-soċjeta’ Maltija tkun verament soċjeta’ inklussiva, soċjeta’ mibnija fuq il-ħidma ta’ kull wieħed u waħda minna. Forsi din il-filosofija ssib l-espressjoni sħiħa tagħha fl-islogan magħżul għal din is-sena mill-KNPD: Aċċess Għal Kulħadd, Suċċess Għal Kulħadd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow