DISKORS TAĊ-CHAIRMAN TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA’ L-ILMA, LOUIS GIORDIMAINA, FL-OKKAZJONI TAL- FTUĦ UFFIĊJALI TA’ L-IMPJANT GĦAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ F’TAĊ-ĊUMNIJA LIMITI TAL-MELLIEĦA
PR0373
04/03/2009
| Onoroveli Prim Ministru, Ministru, exċellenza u | mistidnin distinti. Nixtieq nilqagħkom illum għall-inawgurazzjoni tal-impjant taċ-ċumnija, limit tal-Mellieħa għat-tisfija tad-drenaġġ. Dan huwa t-tieni wieħed li lestejna wara li kien inawgurat l-impjant t’Għawdex. Għad fadal ieħor x-jimbena fin-nofs in-nhar ta’ Malta li ser ikun l-ikbar wieħed, u b’hekk meta jkun lest inkunu koprejana lil Malta u Għawdex kollha. |
| L-impjant huwa | ddisinjat u operat skond ir-regolamenti stabbiliti mill Unjoni Ewropeja taħt l-Urban Waste Water Directive. Dan l-impjant isaffi d-drenaġġ fi tliet stadji sakemm iġibu fil-livell li jitqies bħala “ilma tat-tieni klassi”. L-ilma li jintefa` l-baħar wara it-tieni stadju tat-trattament inaqqas drastikament l-impatt fuq l-ambjent marittimu, is-saħħa tal-bniedem u speċi ohra ta’ fawna u flora. |
| Fl-ewwel stadju | d-drenaġġ li jidħol fl-impjant jissaffa bi proċess mekkaniku biex jitneħħew solidi u xaħmijiet. Minn hawn id-drenaġġ jgħaddi għat-tieni proċess li huwa proċess bioloġiku li jsaffi l-ilma mill-impuritajiet tiegħu b’mod naturali li jdum bejn tmintax u erbgħa u għoxrin siegħa f’tankijiet. Fl-aħħar, l-ilma jissaffa billi jgħaddi minn filtri tar-ramel u jiġi ddisinfettat bil-klorin. |
| Il-lokalitajiet | servuti minn dan l-impjant ikopru l-iMġarr, iz-Zebbiegħ, Buġibba, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, il-Manikata, il-Mellieħa, ix-Xemxija u ċ-Ċirkewwa. L-impjant għandu kapaċita` li jittratta il-medja ta’ madwar 6,700 metru kubu ta’ drenaġġ kuljum u jservi popolazzjoni lokali ta’ madwar tletin elf ruħ li tizdied sostanzjalment fl-istaġun tas-sajf u partikolarment fix-xahar ta’ Awwissu. Flimkien ma’ l-impjant kellhom ukoll jinbnew madwar 2.7 kilometri ta’ ‘gravity mains’, 7.7 kilometri ta ’pressure mains’ bejn il-Pwales u l-impjant u main ta 2.73 kilometri biex iwassal l-ilma ttrattat sa l-inħawi ta’ Għajn Żnuber. Inbniet ukoll mina ta’ 630 metru bħala sostitut għall-mina ezistenti, sabiex is-sistema tlaħħaq ma żiediet fil-volum ta’ drenaġġ iġġenerat fil-futur. Qiegħdin ukoll jissaħħu zewġ ‘pumping stations’ prinċipali tal-Pwales u Għajn Znuber li issa waslu fil-fazi finali ta’ tlestija. |
| Nista’ ngħid li | issa b’dan l-impjant, ġie eliminat l-iżbroff tad-drenaġġ f’Anchor Bay u iċ-Ċumnija li ser ikollu impatt posittiv dirett fuq il-kwalita` ta’ l-ilma għall-għawm fil-bajjiet tant frekwentati tal-Ġnejna, Għajn Tuffieħa u Paradise Bay. |
| Sabiex | il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tassigura ruħha mil-livelli tat-trattament li qiegħed jintlaħaq u mill-kwalita` tal-ilma li jiġi msaffi, għandna hawnhekk fuq is-sit tal-impjant laboratorju, biex janalizza l-ilma pproċessat, fid-diversi stadji tat-trattament. L-analiżi hija fundamentali sabiex tirregola il-proċess naturali tat-tisfija, tiżgura konformita` mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea u wkoll tizgura li l-ilma jista jintuża bħala ilma tas-tieni klassi taħt kontroll strett. |
| L-impjant huwa | mgħammar b’sistema elettronika fejn l-operatur tal-impjant ikun jista’ jara u jikkontrolla l-apparat kollu ta’ l-impjant. Dan l-istess apparat izomm record ta’ diversi parametri sabiex jizgura operat regolari, jottimiżża l-enerġija li jkollu bżonn l-impjant u jnaqqas ir-riskji ta’ ħsarat permezz ta’ sorveljanza kontinwa. L-impjant huwa wkoll mgħammar bi ‘stand-by generator’ sabiex jevita żbroffi ta’ drenaġġ ‘l baħar f’kaz ta’ qtugħ tal-provista tad-dawl u mgħammar b’apparat ‘stand-by’ ieħor sabiex jilqa’ għal ħsarat li jistgħu jirriżultaw waqt l-operat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984