FTUĦ UFFIĊJALI TA’ L-IMPJANT GĦAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ F’TAĊ-ĊUMNIJA LIMITI TAL-MELLIEĦA
PR0371
04/03/2009
Infrastruttura
- Impjant għat-Tisfija tad-Drenaġġ bil-kapaċita` li jittratta il-medja ta’ madwar 6,700 metru kubu ta’ drenagg kuljum;
- 2.69 km ‘gravity mains’ u 7.7 km ‘pressure mains’ bejn il-Pwales u l-Impjant f’taċ-Ċumnija, limiti tal-Mellieha;
- 2.73 km main biex iwassal ilma ttrattat sa l-inħawi ta’ Għajn Żnuber;
- Mina ta’ 630 metru;
- Tisħiħ ta’ żewg ‘pumping stations’ prinċipali tal-Pwales u Ghajn Żnuber (li issa waslu fil-fażi finali u għandhom jitlestew sa nofs Marzu 09)
Funzjoni tal-Impjant
| L-impjant isaffi d-drenaġġ fi tliet stadji | sakemm iġibu fil-livell li jitqies bħala ‘ilma tat-tieni klassi’ u li jekk jintrema l-baħar ma jkollu ebda impatt negattiv fuq l-ambjent marittimu u fuq is-saħħa tal-bnedmin u speċi oħra ta’ fawna u flora. |
| Fl-ewwel stadju d-drenaġġ li jidħol fl-impjant | jissaffa bi proċess mekkaniku biex jitneħħew solidi u xaħmijiet. Minn hawn id-drenaġġ jgħaddi għat-tieni proċess li huwa proċess bijoloġiku li jsaffi l-ilma mill-impuritajiet tiegħu b’mod naturali li jdum bejn tmintax u erbgħa u għoxrin siegha f’tankijiet. Fl-aħħar l-ilma jissaffa billi jgħaddi minn filtri tar-ramel u jiġi ddisinfettat bil-klorin. |
Lokalitajiet servuti minn dan l-impjant
Mgarr, Żebbiegħ Burmarrad, Buġibba, Qawra, San Pawl il-Bahar, Manikata Mellieha, Xemxija,u ċ-Ċirkewwa.
Punti Oħra
Dan il-progett elimina l-iżbroff tad-drenaġġ f’Anchor Bay u ser ikollu impatt pożittiv dirett fuq il-kwalita` tal-ilma għall-għawm fil-bajjiet tal-Gnejna, Għajn Tuffieħa u Paradise Bay.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984