AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009
PR0366
04/03/2009
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali; Persuni sabiex jgħoddu; jissorveljaw u jikkalkolaw
| Il-Kummissjoni Elettorali | tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li jkunu votanti registrati fil-31 ta’ Marzu, 2009, biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew jgħoddu, jissorveljaw jew jikkalkolaw għal waqt l-għadd tal-voti fl-elezzjoni għall-Membri Parlamentari Ewropej u fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għal-lokalitajiet ta’ Mdina, Bormla, Żabbar, Rabat (Għ), Birkirkara, Fgura, Gudja, Għarb, Għaxaq, Kalkara, Lija, Marsaskala, Mġarr, Msida, Naxxar, Pieta’, Rabat (M), San Ġwann, Sannat, Sliema, Tarxien, Xgħajra u Mtarfa. Dawn l- elezzjonijiet ser isiru flimkien nhar is-Sibt 6 ta’ Ġunju, 2009. |
| Votanti li jkunu | rreġistrati f’lokalitajiet fejn ser isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma jkunux jistgħu japplikaw biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji fl-ebda elezzjoni. Madanakollu huma jkunu jistgħu japplikaw biex iservu waqt l-għadd tal-voti għal-lokalitajiet imsemmija barra minn dik fejn huma reġistrati bħala votanti u għall-għadd tal-voti fl-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej. Iżda, min ser japplika għall-għadd tal-voti jrid ikun dispost li jaqdi d-doveri tiegħu, jekk ikun magħzul, għax-xift allokat fil-ġranet kollha ta’ matul il-ġimgħa fil-ħinijiet kollha mingħajr problemi ta’ xogħol jew ta’ kwalunkwe xort’oħra. |
| L-applikazzjonijiet fuq | il-formola preskritta jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fl-Uffiċċju tagħha, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta, u għall-Għawdxin fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’, 28A, Pjazza San Frangisk, r-Rabat, Għawdex, minn nhar it-Tlieta 10 ta’ Marzu sa nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu 2009 mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m., minbarra l-Ħadd 15 ta’ Marzu. Is-Sibt 14 ta’ Marzu il-ħinijiet ikunu mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. Formoli ta’ l-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fil-ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984