Left arrow Go Back

AVVIŻ  MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI:   ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009

PR0366
Date Icon 04/03/2009

Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali;  Persuni  sabiex jgħoddu;  jissorveljaw  u  jikkalkolaw

Il-Kummissjoni Elettoralitavża  li  ser  tilqa’  applikazzjonijiet  mingħand persuni li jkunu votanti registrati fil-31 ta’ Marzu, 2009,  biex  iservu  bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali  jew   jgħoddu,   jissorveljaw  jew  jikkalkolaw  għal  waqt  l-għadd tal-voti fl-elezzjoni għall-Membri Parlamentari Ewropej u fl-elezzjonijiet  tal-Kunsilli Lokali  għal-lokalitajiet  ta’  Mdina,  Bormla,  Żabbar,  Rabat (Għ),  Birkirkara,  Fgura,  Gudja,  Għarb,  Għaxaq,  Kalkara,  Lija,  Marsaskala,  Mġarr,  Msida,  Naxxar,  Pieta’,  Rabat (M), San Ġwann,  Sannat,  Sliema,  Tarxien,  Xgħajra  u  Mtarfa.      Dawn l- elezzjonijiet ser isiru  flimkien nhar is-Sibt  6 ta’ Ġunju, 2009.
Votanti  li jkunurreġistrati  f’lokalitajiet  fejn  ser  isiru   l-elezzjonijiet  tal-Kunsilli Lokali  ma  jkunux  jistgħu  japplikaw  biex  iservu  bħala   Assistenti Kummissjonarji fl-ebda elezzjoni.    Madanakollu  huma  jkunu  jistgħu  japplikaw  biex iservu  waqt  l-għadd tal-voti  għal-lokalitajiet  imsemmija  barra  minn  dik  fejn  huma  reġistrati bħala  votanti u għall-għadd tal-voti fl-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej.   Iżda,  min ser japplika għall-għadd tal-voti jrid ikun dispost li jaqdi d-doveri tiegħu,  jekk ikun magħzul,  għax-xift  allokat fil-ġranet kollha ta’ matul il-ġimgħa fil-ħinijiet kollha  mingħajr  problemi ta’ xogħol jew ta’ kwalunkwe xort’oħra.
L-applikazzjonijiet  fuqil-formola preskritta  jintlaqgħu  mill-Kummissjoni Elettorali  fl-Uffiċċju  tagħha,   Evans Building,   Misraħ Sant’Jiermu,  il-Belt  Valletta,   u  għall-Għawdxin  fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’,    28A, Pjazza San Frangisk,  r-Rabat,  Għawdex,    minn  nhar   it-Tlieta 10 ta’ Marzu   sa nhar   it-Tlieta  17 ta’ Marzu 2009   mit-3.00 p.m.  sat-8.00 p.m.,   minbarra  l-Ħadd 15 ta’  Marzu.     Is-Sibt 14 ta’ Marzu il-ħinijiet  ikunu  mit-8.00 a.m.   sas-1.00 p.m.       Formoli  ta’    l-applikazzjonijiet  jistgħu  jinkisbu  mill-Uffiċċju Elettorali  fil-ġranet u  ħinijiet imsemmija  hawn  fuq.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow