Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ GĦAT-TRAMUNTANA TA’ MALTA FIL-MELLIEĦA - L-ERBGĦA,  4 TA’ MARZU 2009

PR0364
Date Icon 04/03/2009
L-inawgurazzjoni tal-proġett tal-lum hu ieħorf’sensiela ta’ proġetti biex ikollna ambjent aħjar f’pajjżna.  Qegħdin insaħħu l-infrastruttura ta’ pajjiżna.
Iċ-ċerimonja tal-lum tmur lil hinn mill-ftuħ ta’dan l-impjant.  Huwa pass ieħor fl-isforz nazzjonali lejn żvilupp sostenibbli.  Il-Gvern jemmen li wasal iż-żmien, aktar minn qatt qabel, li l-ambjent ikun fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu u tal-pajjiż.  Biex dan iseħħ hemm bżonn ta’ politika u investiment olistiku biex inkomplu ntejbu l-ambjent ta’ madwarna f’kull aspett tiegħu.
Dan l-impjant tat-trattament tad-dranaġġ huwapass f’din id-direzzjoni.  B’ investiment ta’ aktar minn disa’ miljun ewro, ko-finanzjat mill-fondi tal-ħames protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja, dan l-impjant beda jsaffi d-dranaġġ iġġenerat fit-tramuntana ta’ Malta.  L-impjant huwa biss parti waħda mill-investiment.  Biex id-dranaġġ ta’ din iż-żona ta’ Malta jiġi ttrattat, sar investiment qawwi fl-infrastruttura ta’ mini u pompi li jibdew mill-bajja tal-Pwales f’San Pawl il-Baħar sa dan l-impjant.
Il-Gvern huwa determinat li jkompli b’dan it-tipta’ investiment.  Fil-fatt dan huwa t-tieni impjant li qed jopera, wara li f’Novembru ta’ sentejn ilu beda jaħdem l-impjant li jsaffi d-dranaġġ t’Għawdex.  Ħidma oħra f’dan ir-rigward bdiet ukoll b’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ impjant simili fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Dawn l-investimenti kollha jfissru ligħall-ewwel darba, id-dranaġġ iġġenerat fil-gżejjer Maltin se jkun qiegħed jissaffa qabel ma jintrema fil-baħar.  Dan hu żvilupp importanti fl-isforz nazzjonali biex jitnaqqas l-impatt u l-ħsara fuq l-ambjent u fuq speċi ta’ flora u fawna kif ukoll jkompli jitjieb il-prodott turistiku ta’ pajjiżna.  Il-baħar u l-bajjiet huma parti mill-attrazzjoni ta’ pajjiżna u għalhekk huwa d-dover tagħna li nkomplu ninvestu biex intejbu dawn ir-riżorsi naturali, għalina u għat-turisti li jiġu Malta u Għawdex.
Investimenti bħal dawn ukoll huma importantifit-twettieq tal-Viżjoni 2015 fejn il-Gvern jemmen li Malta għandha l-potenzjal u l-kapaċità li tilħaqq l-eċċellenza f’numru ta’ setturi.  Dan jinkludi t-turiżmu u għalhekk investiment bħal dan huwa pass importanti f’din id-direzzjoni.  Waħda minn niċeċ tat-turiżmu f’pajjiżna hi propju id-diving.  Biex pajjiżna jattira dan it-tip ta’ turiżmu speċjalizzat irridu li jkollna baħar nadif. L-impjant ġewwa Għawdex huwa wkoll ċentrali fit-twettieq tal-viżjoni għal Għawdex bħala gżira ekoloġika.  Il-pass li jmiss f’Għawdex hu li d-dranaġġ trattat jibda jintuża bħala second class water.

Sinjuri, 

Il-politika u l-istrateġija hija waħda olistika,ta’ Gvern sħiħ li jħares lejn l-ambjent mid-diversi aspetti tiegħu.
Fil-bidu ta’ din is-sena, il-Ministerugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali nieda perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel reviżjoni fuq l-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart solidu f’pajjiżna.  Għalkemm għamilna ħafna f’dan is-settur u saru ħafna avvanzi, wasal iż-żmien li nimxu pass ieħor fejn l-iskart nibdew nużawh bħala riżorsa.  L-iskart għandu valur ekonomiku u għandu jkun riżorsa importanti biex niġġeneraw enerġija nadifa.  Mill-impjant ta’ Sant’Antnin se jibda jiġi ġenerat l-elettriku għal 1,400 dar.  Fil-qasam tal-iskart, il-proġetti li saru jinkludu wkoll kampanji biex aktar skart jiġi riċiklat, l-għeluq tal-Magħtab u l-Qortin u l-bidu tar-riabilitazzjoni tal-Magħtab.
Il-Gvern qed iħares lejn aktar żvilupp u titjibkemm fl-infrastruttura ta’ pajjiżna u kemm fil-livell ta’ għejxien tagħna.  Għalhekk qed naħdmu fuq proġetti tal-enerġija li jħallu impatt pożittiv fuq l-ambjent.  Qed inħarsu lejn l-iżviluppi, biex Malta tkun parti mill-grid Ewropew.  B’dan l-investiment qawwi nkunu qed nersqu pass ieħor lejn il-mira tagħna li nagħlqu l-Power Station tal-Marsa.  L-għeluq ta’ din il-Power Station mhux biss iħalli impatt pożittiv kemm fuq l-ambjent u kemm fuq is-saħħa tan-nies tal-madwar, imma jkun pass ieħor fir-riġenerazzjoni tal-inħawi.
Biex il-proġett nazzjonali ta’ żviluppsostenibbli jkun jista’ jitwettaq fil-prattika, il-Gvern ħa deċiżjoni strateġika li jiddedika parti sostanzjali mill-fondi tal-Unjoni Ewropea biex jiġu finanzjati numru ta’ proġetti u inizjattivi fil-qasam tal-ambjent.  Ippermettuli ngħid kelma ta’ ringrazzjament lill-Ambaxxatur Taljan.

Excellency Trabalza 

On behalf of the Government of Malta, I would like to thank your Government for the constant support throughout the years.  Through the Fifth Italian Protocol, you have financed this investment which is crucial in our path to sustainable development and in our environmental policy. Thank you. 

Sinjuri, 

L-investiment f’dan l-impjant huwa biss ħolqawaħda f’katina sħiħa ta’ investimenti u inizjattivi fil-mixja ta’ pajjiżna lejn żvilupp sostenibbli.
Dan l-impjant jixhed l-impenn tal-Gvern lejnl-ambjent kif ukoll il-kwalità tal-ħajja tagħna u tal-ġenerazzjonijiet futuri.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow