Left arrow Mur Lura

Laqgħa ta’ Konsultazzjoni mas-settur tan-Negozju li jopera fil-Qasam tal-ambjent BIEX jitnaqqas il-piż amministrattiv fuqhom

PR0361
Date Icon 04/03/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, flimkien mal-Better Regulation Unit (BRU), ilbieraħ iltaqa’ man-negozji li joperaw fil-qasam tal-ambjent biex magħhom jiddiskuti l-problemi amministrattivi li qed jiffaċċja dan is-settur b’mod partikulari meta jintalab li jżomm jew jipprovdi informazzjoni lill-Gvern.   L-Onor. Chris Said fetaħ din il-laqgħa billi rringrazzja lil dawk preżenti talli laqgħu l-istedina tiegħu.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega lidin hija l-ewwel laqgħa minn eżerċizzju sħiħ ta’ konsultazzjoni bejn il-Gvern u s-setturi diversi tan-negozju fuq it-tnaqqis ta’ obbligi ta’ informazzjoni min-naħa ta’ entitajiet governattivi kif ukoll fuq tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi jew regolatorji oħra li iżda mhux ta’ natura finanzjarja.
Fil-fattmatul Marzu u April ser jitkomplew numru ta’  laqgħat ta’ konsultazzjoni li fihom ser jiġu diskussi l-piżijiet amministrattivi li dawn is-setturi tan-negozju qed jaffaċċjaw:
1.   ambjent– 3 ta’ Marzu;
2.   agrikolturau sajd – 6 ta’ Marzu;
3.   edukazzjoniu servizzi soċjali – 11 ta’ Marzu;
4.   servizzifinanzjarji – 16 ta’ Marzu;
5.   turiżmuu kultura – 20 ta’ Marzu;
6.   transport– 23 ta’ Marzu;
7.   ħwienet– 27 ta’ Marzu;
8.   komunikazzoni– 30 ta’ Marzu;
9.   manifatturata’ makkinarju – 3 ta’ April;

10. manifattura tal-metall u prodotti oħra – 8 ta’ April;

11. manifattura tad-drapp, prodotti tal-ikel u tabakk – 15 ta’ April; u

12. in-negozju f’Għawdex – 16 ta’ April.

L-Onor. Chris Said żied jgħid li l-għan ta’ dawnil-laqgħat mas-setturi tan-negozju huwa sabiex jiġu diskussi dawk ir-regolamenti jew proċeduri amminstrattivi komuni li japplikaw għal dak is-settur partikulari.  Huwa fakkar li diġà kien imniedi workshop mal-Korpi Kostitwiti fejn ġew diskussi dawk ir-regolamenti u proċeduri amministrattiv li japplikaw għan-negozju. Għalhekk dan kien il-pass li jmiss f’dan l-eżerċizzju.
Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lil dawkpreżenti sabiex ikunu kemm jista’ jkun speċifiċi fil-proposti tagħhom dwar il-piżijiet amministrativi relatati ma’ obbligi ta’ informazzjoni u stedinhom biex fejn huwa possibbli joffru s-suġġerimenti għal soluzzjonijiet. B’hekk ikun aktar faċli li jiġu identifikati l-problemi, biex wara dawn ikunu pprijoritizzati u inklużi fi pjan ta’ azzjoni.

L-Onor. Chris Said enfasizza li dan ma jfissirx li dak kollu li ser jingħad u jiġi suġġerit ser jiġi mwettaq.  Li ser jiġri huwa li l-informazzjoni miġbura ser tiġi analizzata mill-BRU u s-soluzzjonijiet ser jiġu prijorizzati, kif ukoll tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta’ dawn is-soluzzjonijiet.  Wieħed irid jifhem li impossibbli li jiġu indirizzati s-suġġerimenti kollha pero’ l-Gvern hu kkommess li jisma’ s-suġġerimenti kollha u fl-aħħar jiddeċiedi pjan ta’ azzjoni li jolqot dawk il-punti li huma l-aktar urġenti u effettivi. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni spjega li l-Ministeri ġew mistiedna biex jattendu wkoll għal dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni biex b’hekk ikunu involuti f’dan l-eżerċizzju sa mill-bidu nett u jisimgħu huma stess l-ilmenti u s-suġġerimenti ta’ dawk preżenti.  Wara dan l-eżerċizzju huma ser ikunu mitluba jassistu lill-BRU f’analiżi dettaljata tas-suġġerimenti u sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa.
Il-BRU ħadet nota tal-punti prinċipali li ġewdiskussi sabiex dawn jiġu analizzati aktar fid-dettall u biex jiġi deċiż liema minnhom jistgħu jiġu inklużi fi Pjan ta’ Azzjoni biex il-Gvern jilħaq il-mira stabbilita mal-Unjoni Ewropea fejn sal-2012 jnaqqsu bi 15% il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji, b’mod partikulari dawk li joħorġu minn informazzjoni żejda li qed tintalab.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow