Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

PR0360
Date Icon 03/03/2009

Li tagħmel l-Id ix-xellugija ma tkunx tafu l-Id il-leminija

Permezz tal-istqarrija maħruġa llum mill-Onor. Sammut joħroġ ċar kemm ma hemmx koordinazzjoni fi ħdan l-Oppożizzjoni. Li kieku l-Onor. Sammut kien preżenti għas-seduta parlamentari tal-bieraħ kien jisma’ r-risposta għal mistoqsija mressqa mill-Onor. Brincat fejn intqal “li flimkien mad-Direttorat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-MEPA, li huma esperti professjonali fuq dan ix-xogħol, tfassal program għal tindif estensiv, rijabilitazzjoni u ħolqien ta’ management plan għall-inħawi imsemmija. Xi tindif ser jibda fil-ġranet li ġejjin. Hu maħsub li dan il-programm jieħu spinta aktar qawwija matul ix-xhur tas-sajf li ġej.”

Barra minn hekk, matul is-sentejn li għaddew, ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bnew lqugħ li kien iġġarraf u rrestawraw numru ta’ ħitan. Tnaddaf ukoll ħafna materjal li kien inġarr bil-maltemp u li kien qed isodd numru ta’ pontijiet u culverts.     

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow