Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

PR0358
Date Icon 03/03/2009

L-Oppożizzjoni Laburista tirrepeti l-istess u xotta mill-ideat

L-Oppożizzjoni terġa’ tirrepetimiżinformazzjoni, li diġà ġiet miċħuda, dwar l-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart.  Għal darb’oħra dokumenti u stqarrijiet li huma pubbliċi tgħid li għadhom ma ġewx pubblikati.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Ruralijistieden lill-Onor. Brincat, li ħareġ l-istqarrija dalgħodu, biex jaqra l-istqarrijiet maħruġa mill-Ministeru u jidħol fil-website tal-Ministeru fejn isib id-dokumenti kollha li qed jirreferi għalihom.  L-Onor. Leo Brincat qed jaħseb li kulħadd qed jipprova jaħbi.  Fil-fatt huwa hu stess li qiegħed jaħbi u ma jridx jgħid min huma l-esperti li allegatament għandha l-Oppożizzjoni Laburista dwar dan is-suġġett.
Għaldarb’oħra l-Onor. Brincat, l-istess kif kien għamel dwar l-Istrateġija dwar it-Tibdil fil-Klima, jagħżel li jikkritika l-fatt li l-Gvern tah preżentazzjoni dwar l-istrateġija dwar l-Iskart qabel ma din ġiet ppreżentata.  Brincat imissu jsegwi bl-eżempju u għal darba jkun trasparenti!  L-Onor. Brincat imissu jgħid ukoll li apparti li tah preżentazzjoni, il-Gvern għamillu wkoll stedina pubblika biex iżur liema faċilità jrid biex jara b’għajnejh l-iżvilupp impressjonanti tul dawn l-aħħar snin. Pero l-Onor. Brincat m’għandu ebda interess li jkun jaf il-fatti u moħħu biss biex ikompli jitfa’ t-tajn u joħloq id-dubji.
L-Oppożizzjoni qed tagħżel li tivvinta, u dak lihu pubbliku tgħid li mhux minkejja li hu aċċessibbli għal kulħadd bl-aktar mod trasparenti.  L-Oppożizzjoni qed turi li mhix kapaċi tagħmel proposta waħda u minflok tippreferi tiżra d-dubji.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow