SWITCH TOWN HALL MEETINGS… KAMPANJA GĦAL UŻU AĦJAR TAL-ENERĠIJA
PR0357
03/03/2009
| Il-kampanja Switch…Għal | Użu Aħjar tal-Enerġija hija msejsa fuq it-twemmin li bidla fil-mentalità tagħna tista sseħħ ġaladarba ningħataw informazzjoni ċara, dettaljata u koordinata. It-town hall meetings għandhom iservu bħala mezz ieħor biex nisimgħu u naraw preżentazzjoni teknika u prattika minn għadd ta’ esperti, u sabiex nagħtu l-mistoqsijiet, ideat u suġġerimenti tagħna f’ambjent li fih inħossuna komdi nitkellmu. |
| Huwa u jniedi l-ewwel minn | sensiela ta’ town hall meetings, l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, stqarr illi biex verament nagħmlu użu aħjar mill-enerġija, “jeħtieġ li bħala Gvern nagħmlu żewġ affarijiet, u ċioe li: (1) nieħdu on-the-ground approach billi nqiegħdu saqajna mal-art, nisimgħu l-mistoqsijiet, suġġerimenti u opinjonijiet tal-pubbliku u verament nagħmlu l-almu tagħna biex niftħu djalogu; u (2)ninvolvu kemm jista’ jkun entitajiet u għaqdiet differenti sabiex b’vuċi waħda nwasslu messaġġ ċar, dirett u koordinat.” |
| L-għan tat-town hall | meetings huwa li jinfetaħ mezz ieħor ta’ djalogu mal-pubbliku. Permezz ta’ dawn il-laqgħat, l-esperti tal-Gvern fl-użu effiċjenti tal-enerġija, immexxijin mill-Inġ. Stefan De Marco, se jkunu qed iduru ċ-ċentri tal-lokalitajiet u jagħtu preżentazzjonijiet dwar kif nistgħu nagħmlu użu aħjar mill-enerġija. |
| It-town hall meetings | qed jiġu koordinati bl-impenn sħiħ tal-Kunsilli Lokali. “Ħafna drabi, is-suġġett tal-użu effiċjenti tal-enerġija fl-istil tal-ħajja tagħna forsi jiġi mpitter b’mod tekniku żżejjed – dawn it-town hall meetings se jagħtu l-opportunità liċ-ċittadini fil-lokalitajiet tagħna biex jisimgħu preżentazzjonijiet dettaljati, tekniċi, iżda fl-istess ħin faċli li nifhmuhom,” sostna s-Sur Anthony Valvo, Sindku tax-Xgħajra, huwa u jispjega għaliex il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra għażel li jiftaħ is-serje tat-town hall meetings. |
| Is-Segretarju Parlamentari | Chris Said wera s-sodisfazzjoni tiegħu għar-risposta ċara li taw il-Kunsilli Lokali favur din il-kampanja. “‘Il fuq minn sittin Kunsill Lokali (minn 68) diġà infurmawna li ħa jagħtu s-sehem tagħhom fi Switch,” qal l-Onor. Chris Said, “kważi kollha kemm huma taw l-impenn tagħhom biex jesibixxu l-istrutturi tal-Ambaxxaturi tagħna fil-lokalitajiet tagħna. Għadd minnhom offrew id-Day Centres tagħhom għal dawn id-diskussjonijiet, u nispera li fil-jiem li ġejjin inkunu nistgħu nħabbru miżuri u inizjattivi oħra li qegħdin jittieħdu flimkien mal-Gvern.” |
| It-town hall meetings | tniedu ġewwa l-Iskola Primarja tax-Xgħajra, li permezz tal-impenn tal-Kap tal-Iskola Jean Pierre Micallef, qed tieħu sehem fil-proġett tal-Ekoskola u qed tissepara l-iskart f’kull klassi. Fl-iskola tpoġġew water hippos sabiex titrażżan il-ħela fil-konsum tal-ilma, u ġew ordnati lapsijiet mingħand il-Wasteserv magħmulin minn materjal riċiklat. Għax-xahar ta’ Mejju, bil-kollaborazzjoni u għajnuna finanzjarja tal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra, l-iskola se tqassam basktijiet tad-drapp lil kull familja li toqgħod ix-Xgħajra. Se jitwaħħlu wkoll press taps flok il-vit tal-ilma biex titrażżan il-ħela fil-konsum tal-ilma. |
| Tul il-ġimgħa d-dieħla, it-town | hall meetings se jitwasslu ġewwa l-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u x-Xewkija, Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984