STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT, BI TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEM LABURISTA GĦALL-FINANZI, CHARLES MANGION
PR0356
03/03/2009
| Il-priorità tal-Gvern jibqgħu l-postijiet | tax-xogħol |
| L-akbar priorità għall-Gvern hija l-istabbilità | ekonomika u l-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Għalhekk il-Gvern qed juża, u se jkompli juża, ir-riżorsi kollha disponibbli lilu biex jissalvagwardja l-postijiet tax-xogħol eżistenti u jkompli jattira l-investiment biex joħloq impjiegi ġodda. Dan il-Gvern se jibqa’ jagħmlu anke jekk, fuq medda qasira ta’ żmien, dan jimplika li ma jilħaqx il-miri ekonomiċi immedjati tiegħu. |
| L-Istqarrija tal-Kelliem Laburista | għall-Finanzi, Charles Mangion tagħti l-impressjoni li għall-Oppożizzjoni m’hawn ebda kriżi finanzjarja internazzjonali u tkompli tixkef l-opportuniżmu politiku tal-istess Oppożizzjoni li wara li kritikat lill-Gvern li ma investiex biżżejjed fuq miżuri ta’ stimolu għall-ekonomija, issa qed tikkritikah għaliex żied fid-defiċit tiegħu skont il-figuri ppubblikati għal Jannar 2009. |
| Fl-istess waqt, il-Gvern ifakkar fir-rapport | ippubblikat ftit tal-jiem ilu mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzi tal-pajjiż fejn l-istess Kummissjoni, kienet innutat iż-żieda fid-defiċit u kkonkludiet li dan kien biss proċess temporanju u li tqis li l-pajjiż għadu fit-triq tal-konsolidazzjoni tal-finanzi tiegħu. It-tkabbir fl-iżbilanċ kien meħtieġ għaliex il-Gvern wieġeb għas-sejħa li saret fl-European Economic Recovery Plan b’miżuri ta’ appoġġ għall-ekonomija li l-Kummissjoni Ewropea ddeskriviet dawn l-istess miżuri bħala adegwati. |
| Fl-aħħar baġit il-Gvern ippreżenta programm ta’ | stimolu ekonomiku li jinkludi investiment, fuq medda ta’ snin, fuq dawk l-oqsma li għandhom l-akbar impatt dirett fuq il-postijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna, fosthom €124m fi proġetti infrastrutturali bħall-bini ta’ toroq, fabbriki, skejjel u faċilitajiet oħra, €58m investiment fir-riżorsi umani, €47m għall-intrapriża kif ukoll €61m għal proġetti ambjentali. Aktar minn hekk, il-Gvern ra wkoll li jħalli aktar flus fil-but permezz ta’ pjan ta’ €46m li inkluda t-tielet tnaqqis konsekuttiv fl-income tax, tax breaks għan-nisa kollha li jidħlu lura għax-xogħol wara t-tqala, l-energy benefit għal familji bi dħul baxx u żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja għal pensjonanti |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984