Left arrow Mur Lura

IL-GVERN, IL-KUMMISSJONI EWROPEA U L-PARLAMENT EWROPEW JINGĦAQDU FLIMKIEN GĦALL-KOMUNIKAZZJONI AĦJAR DWAR L-UNJONI EWROPEA

PR0354
Date Icon 03/03/2009

Dalgħodu fil-Berġa ta’ Kastilja ġie ffirmat ftehim bejn is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said u l-Kap tal-MEUSAC Dott. Vanni Xuereb, f’isem il-Malta EU-Steering and Action Committee (MEUSAC), u d-Deputat Direttur Ġenerali fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea s-Sur Panayotis Carvounis, u l-Kap tal-Uffiċċju tar-Rappreżentenza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta Dott. Joanna Drake, f’isem il-Kummissjoni Ewropea, li permezz tiegħu, il-MEUSAC se jkun l-entità intermedjarja li jimplimenta Management Partnership bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea, bl-għan li jkun hemm titjieb fit-tixrid ta’ informazzjoni f’pajjiżna dwar l-Unjoni Ewropea. 

Is-SegretarjuParlamentari qal li l-Gvern diġà qiegħed iwassal informazzjoni dwar żviluppi legislattivi tal-UE u oħrajn li mhumiex ta’ natura legislattiva permezz tal-MEUSAC, u għalhekk f’ Novembru tal-2008 l-MEUSAC ġie nominat bħala l-entità intermedjarja għall-ġestjoni tal-Pjan Konġunt ta’ Komunikazzjoni bejn il-Gvern, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew.  Il-Kummissjoni laqgħat il-proposta tal-Gvern, u b’ hekk Malta saret l-għaxar pajjiż membru li ffirma dan il-ftehim.
Il-Management Partnership se jkun allokat€800,000 u se jkun mifrux fuq erba’ snin.  Ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ sħubija ta’ ġestjoni tal-proġett se tkun f’idejn il-MEUSAC.  Il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi għajnuna finanzjarja, filwaqt li l-Gvern se jipprovdi r-riżorsi umani u l-infrastruttura.  L-għan tal-Partnership huwa li tissaħħaħ is-sinerġija bejn l-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjonijiet differenti tal-UE u mill-Istati Membri, biex joffru liċ-ċittadini aċċess aħjar dwar l-impatt tal-politika tal-UE fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali.  Il-prijoritajiet għal din is-sena huma l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, l-enerġija u t-tibdil fil-klima, l-20 Anniversaju minn meta seħħet il-bidla għad-demokrazija fil-pajjiżi taċ-Ċentru u l-Lvant tal-Ewropa,  it-tkabbir sostennibli, l-impjiegi u s-solidarjetà inkluż is-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni, il-futur ta’ Ewropa għaċ-ċittadini u l-Ewropa fid-dinja.
Is-Sur Panayotis Carvounis qal li permezz ta’dan li-ftehim il-Gvern huwa kommess li jwassal informazzjoni dwar l-UE liċ-ċittadini u awgura li s-sħubija twassal biex jingħaqdu l-isforzi mit-tlett istituzzjonijiet ewlenin tal-UE biex jindirizzaw il-preokupazzjonijiet tal-pubbliku u jgħinu biex jitjieb id-dibattitu dwar l-UE f’Malta.   Il-Kap tal-MEUSAC, Dott. Vanni Xuereb, qal li dan il-proġett se jwassal għall-koperazzjoni aħjar bejn il-MEUSAC u r-rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew f’Malta.
Din is-sena se jsiru diversi attivitajiet li sejiswew madwar €200,000, fosthom Road Show, fejn mini-van se jżur il-pjazez tal-kunsilli lokali fil-ġranet tal-monti; animazzjoni ta’ 15-il minuta għall-istudenti li se titqassem f’format DVD fl-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex, kif ukoll permezz tal-internet; taħriġ għall-għalliema għall-komunikazzjoni aħjar dwar l-Unjoni Ewropea, liema taħriġ se jkun qed jagħmel użu mill-kunċett ‘Train the Trainer’; kampanja pubbliċitarja fuq it-television dwar l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew; kif ukoll Inter Generational Camping, fejn il-familji jiddiskuti l-politika tal-UE dwar il-bidla fil-klima u l-ambjent, fost oħrajn.
Sal-aħħar ta’ din is-sena, il-KummissjoniEwropea se tkun iffirmat 16-il ftehim ta’ dan it-tip.

…pr0354a - diskors

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow