Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-ONOR JOSEPH CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI TAS-SAĦĦA, WAQT IL-PREŻENTAZZJONI TA’ ĊERTIFICATI LILL-PHARMACY TECHNICIANS – PALAZZO CASTELLANIA, VALLETTA – 03.03.09

PR0353
Date Icon 03/03/2009
Huwa ta’ pjaċir għalija liqed nippreżenta dawn iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni lil dawn il-pharmacy technicians il-ġodda. Huwa ta’ pjaċir akbar għalija għaliex dan il-grupp ta’ pharmacy technicians huwa l-ewwel wieħed li ggradwa mill-MCAST, kif ukoll l-ewwel grupp ta’ reġistrati wara diversi snin.
Għalhekk nixtieq li nibdabilli nikkuplimentakom fuq l-għażla w is-suċċess li ksibtu fl-istudji tagħkom.  B’din il-warrant li għandi l-pjaċir inqassmilkom illum, intom qed tiġu rikonoxxuti bħala membri fil-professjoni ta’ pharmacy technician, professjoni bi storja antika ħafna u li dejjem kienet importanti għall-qasam farmaċewtiku.
Tradizzjonalment, il-pharmacytechnician jew aħjar il-compounder, kif kienet magħrufa l-professjoni fil-passat, kien ikun involut fil-preparazzjoni tal-mediċini. Maż-żmien, il-prattika tal-farmaċija tbiddlet u hekk ukoll l-iskop ta’ għajnuna teknika li għandu bżonn l-ispiżjar.
Illum, il-PharmacyTechnician għandu rwol importanti x’jilgħab fil-qasam mediku u dan l-aktar permezz tal-appoġġ li joffri lill-ispiżjar, kemm fil-komunità kif ukoll fl-isptarijiet, l-industrija u f’oqsma oħra.  Il-Gvern, permezz tas-Supretendent tal-Isptar San Luqa ra li bil-ftuħ tal-Isptar Mater Dei kien se jkollu l-bżonn ta’ numru ta’ pharmacy technicians. Pero, l-oportunita’ m’hix biss fis-settur pubbliku, imma wkoll fis-settur privat.  Aħna qed naraw li dan ir-rwol ser ikompli jsir wieħed aktar importanti speċjalment bl-iżviluppi l-ġodda li qed isiru fil-qasam farmaċewtiku, speċjalment bil-Pharmacy of your Choice (POYC) kif ukoll fl-isptar u fl-industrija tal-manifattura farmaċewtika bl-investiment il-ġdid li qed isir.
Kien b’dan ir-rikonoxximent,b’din il-viżjoni li l-Gvern u l-Kunsill stiednu lill-MCAST sabiex il-kors jerġa’ jingħata ħajja gdida.  U hekk għandi pjaċir narakhom quddiemi bħala l-ewwel grupp li ta fiduċja f’din il viżjoni w ra l-opportunita’ ta’ karriera.
Għandi pjaċir li jgħiduli likull wieħed u waħda minkhom sibtu xogħol fil-qasam.  Din turi kemm il-viżjoni kienet waħda tajba.  Aħna konvinti li l-ewwel grupp huwa wieħed relattivament żgħir biex nifnu l-bżonn tas-settur kollu. Hemm bżonn ta’ iktar pharmacy technicians u nħeġġiġkom sabiex intom tagħmluha ta’ ambaxxaturi għal din il-professjoni billi tħeġġu aktar studenti biex jagħżlu din il-karriera.
Filwaqt li nawguralkomgħas-suċċess tagħkom nixtieq nilqagħkom fi ħdan il-qasam farmacewtiku u nfakkarkom li bħala professjonisti lkoll għandna responabilità u dover lejn il-pazjent. Il-klijenti tagħna mhumiex klijenti normali, iżda pazjenti li qed ibatu u nies vulnerabbli. Għalhekk dawn għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. Mill-ġdid nifirħilkom u nawguralkom kull suċċess fil-karriera tagħkom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow