Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U  AFFARIJIET RURALI

PR0352
Date Icon 02/03/2009
Imxejna qlajjiet dwar restrizzjonijiet fuq sajdrikreattiv
Il-Ministeru għar-Risorsi u Affarijiet Ruralijixtieq jikkjarifika xi mizinformazzjoni li setgħet ingħatat dan l-aħħar dwar sajd rikreattiv, inkluz minn ċertu sezzjonijiet tal-istampa
Il-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Ruralijiċċara li l-unika speċi ta’ ħut f'Malta li taqa’ taħt din ir-regola hija t-tonn.  Infatti, matul din is-sena, Malta ser talloka persentaġġ tal-kwota nazzjonali tat-tonn lis-sajjieda rekreazzjonali ta’ din il-ħuta, wara ftehim li ntlaħaq maż-żewġ Koperattivi tas-Sajjieda lokali. Il-proċeduri ta’ kif ser tinħadem din il-kwota għandhom jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin. Fil-kuntest ta’ dak li ntqal u xxandar, tajjeb li wieħed jenfasizza wkoll li s-sajd għat-tonn ma jsirx la minn fuq il-mollijiet u lanqas minn fuq il-blat.
Irid ikun iċċarat ukoll li dawn il-propostikomunitarji ma japplikawx għas-sajd rikreazzjonali fuq ebda ħuta oħra f’Malta u Għawdex u m’hemm l-ebda ħsieb li jiddaħħlu xi restrizzjonijiet fuq sajd rikreattiv.
Għalissa hemm biss diskussjoni fi ħdan l-UnjoniEwropea fuq xi kontrolli fuq is-sajd rikreattiv ħalli jkun assigurat li l-Istati Membri jkunu konformi mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.  Iżda dan ma għandu jkollu l-ebda impatt fuq kwoti għal sajd rikreattiv f’pajjiżna ħlief għal dak fuq it-tonn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow