STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U AFFARIJIET RURALI
PR0352
02/03/2009
| Imxejna qlajjiet dwar restrizzjonijiet fuq sajd | rikreattiv |
| Il-Ministeru għar-Risorsi u Affarijiet Rurali | jixtieq jikkjarifika xi mizinformazzjoni li setgħet ingħatat dan l-aħħar dwar sajd rikreattiv, inkluz minn ċertu sezzjonijiet tal-istampa |
| Il-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali | jiċċara li l-unika speċi ta’ ħut f'Malta li taqa’ taħt din ir-regola hija t-tonn. Infatti, matul din is-sena, Malta ser talloka persentaġġ tal-kwota nazzjonali tat-tonn lis-sajjieda rekreazzjonali ta’ din il-ħuta, wara ftehim li ntlaħaq maż-żewġ Koperattivi tas-Sajjieda lokali. Il-proċeduri ta’ kif ser tinħadem din il-kwota għandhom jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin. Fil-kuntest ta’ dak li ntqal u xxandar, tajjeb li wieħed jenfasizza wkoll li s-sajd għat-tonn ma jsirx la minn fuq il-mollijiet u lanqas minn fuq il-blat. |
| Irid ikun iċċarat ukoll li dawn il-proposti | komunitarji ma japplikawx għas-sajd rikreazzjonali fuq ebda ħuta oħra f’Malta u Għawdex u m’hemm l-ebda ħsieb li jiddaħħlu xi restrizzjonijiet fuq sajd rikreattiv. |
| Għalissa hemm biss diskussjoni fi ħdan l-Unjoni | Ewropea fuq xi kontrolli fuq is-sajd rikreattiv ħalli jkun assigurat li l-Istati Membri jkunu konformi mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Iżda dan ma għandu jkollu l-ebda impatt fuq kwoti għal sajd rikreattiv f’pajjiżna ħlief għal dak fuq it-tonn. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984