Left arrow Go Back

TITWAQQAF IL-FONDAZZJONI ANTON AGIUS FIR-RABAT MALTA

PR0350
Date Icon 02/03/2009
Il-Kunsill Lokali tar-Rabat waqqaf il-FondazzjoniAnton Agius għad unur tal-iskultur Rabti. Il-Fondazzjoni twaqqfet bi ftehim bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-kumpanija privata Volksbank Malta bil-għan li tieħu ħsieb siti storiċi fil-lokalità.
Is-Segretarju Parlamentari ghall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, Dr. Chris Said, li nieda din il-Fondazzjoni, qal li huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta tara li l-Kunsilli Lokali qegħdin b’pass meqjus jibdew iniedu proġetti ta’ valur sostenibbli li jintegraw fihom l-aspetti soċjali, ekonomiċi, ambjentali u kulturali fil-lokalitajiet tagħna.
Dan għar-raġuni li din l-integritàbiss tista’ twassalna għal titjib fil-kwalita’ tal-ħajja li żgur ma nistgħux naslu għaliha jekk ma jkollniex komunitajiet sostenibbli.
L-iżvilupp sostenibbli huwadak li jlaqqa’ l-iżvilupp tal-preżent mingħajr ma jikkomprometti l-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet tal-futur.
Dr Said qal li l-Kunsilligħandhom ikunu dawk li jmexxu l-proċess għat-tibdil fl-istil ta’ ħajja u fl-irwol ta’ kif għandhom jiġu edukati n-nies tal-lokalità biex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli.
Dan l-iżvilupp huwa proġettnazzjonali u jista jseħħ biss jekk ikun hemm il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-imsieħba kollha, partikolarment mis-settur pubbliku, mill-intrapriżi pubbliċi u dawk privati, mill-NGOs u mill-Kunsilli Lokali.
Għalhekk il-Gvern Ċentrali jinkoraġġixxiinizjattivi bħal dawn fejn il-Kunsill Lokali jidħol fi ftehim mas-settur privat jew għaqdiet lokali biex joħloq proġetti u jmexxi aħjar u b’mod iktar sostenibbli l-lokalita’ tiegħu. Eżempju ċar ta’ dan huwa r-restawr tas-siti storiċi u pubbliċi fil-lokalità tar-Rabat.
Il-lokalità tar-Rabat għandha storja mimlijabl-unuri u avvenimenti b’rabta ma’ pajjiżna. Ir-Rabat huwa mżejjen bi storja glorjuza u persuni li kabbru isem dan il-post.
Is-Segretarju Parlamentari qal li kien passgħaqli ħafna li dan il-Kunsill Lokali ħa biex itejjeb u jsebbaħ il-patrimonju storiku kulturali li għandna f’pajjiżna. Dawn is-siti huma ġawhra storika u parti mill-identità tagħna u importanti li ngħożżuhom u nħarsuhom biex b’hekk inkunu qegħdin nimxu fuq passi sostenibbli mingħajr ma nikkompromettu l-wirt ta’ pajjiżna u l-bżonnijiet tal-komunità.
Dr. Said inkoraġġixxa lil Kunsilli Lokali oħrajnjimxu fuq l-istess passi tal-Kunsill Lokali tar-Rabat u jaħtfu kull opportunità u għajnuna li qiegħda tiġi offruta lilhom biex jipparteċipaw f’inizjattivi flimkien ma’ msieħba oħra u jieħdu sehem fi skemi u proġetti ta’ ko-finanzjament kemm dawk varati mill-Gvern Ċentrali kif ukoll dawk minn programmi mnedija mill-Unjoni Ewropeja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow