IS-SAGRA TA’ SAN GIRGOR GĦALL-EWWEL DARBA F’KERĊEM
PR0349
02/03/2009
| Fi tmiem | il-ġimgħa li ġejja, bejn il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu u l-Ħadd 8 ta’ Marzu, fil-lokalità ta’ Kerċem se jittella’ l-festival ‘Is-Sagra ta’ San Girgor’. Il-programm ta’ attivitajiet jinkludi festa ta’ divertiment għall-familja kollha, fosthom kunċerti u spettakli bl-aqwa talenti lokali, ikel tradizzjonali Malti, wirjiet, snajja’ tradizzjonali, armar tal-festi, rokna għat-tfal, parati, marċi u attivitajiet oħra li għandhom jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. |
| Id-dettalji dwar | dan il-festival, ingħataw mis-sindku tal-lokalità ta’ Kerċem, is-Sur Joe Grima, waqt konferenza għall-istampa li saret ġewwa l-Ministeru għal Għawdex. Din il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex flimkien mal-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. |
| Il-Ministru għal | Għawdex faħħret l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Kerċem li permezz ta’ din l-attività ser jipprovdi wkoll attrazzjoni miżjuda f’Għawdex matul dan iż-żmien relattivament kwiet tas-sena. L-Onor. Giovanna Debono spjegat kif il-Ministeru għal Għawdex jappoġġja inizjattivi u attivitajiet bħal dawn, għaliex jemmen li dawn jissarfu f’ġid għall-gżira ta’ Għawdex. Minbarra li jiġbdu numru ta’ viżitaturi mis-suq domestiku, huma wkoll okkażjoni sabiħa fejn jiġu organizzati attivitajiet għall-familja kollha, filwaqt li jiġu esposti wkoll karatteristiċi uniċi fid-diversi lokalitajiet Għawdxin. Il-Ministru għal Għawdex awgurat li din l-attività tistabbilixxi ruħha fil-kalendarju ta’ avvenimenti kulturali ta’ Għawdex, kif seħħ f’attivitajiet oħra organizzati minn Kunsilli Lokali oħra f’Għawdex. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, fisser kif il-festival ‘Is-Sagra ta’ San Girgor’, ikkwalifika biex jibbenefika minn għajnuna taħt skema varata mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali li għaliha ġew allokati €150,000, fuq bażi nazzjonali. Din l-iskema ġiet imfassla biex jiġu mgħejjuna attivitajiet organizzati minn Kunsill Lokali Maltin u Għawdxin, biex jippromwovu l-lokalitajiet tagħhom fix-xhur tax-xitwa. Dan jgħin biex jiġu organizzati attivitajiet li jiġġeneraw kummerċ filwaqt li jagħtu wkoll prominenza lil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari spjega wkoll kif din l-iskema hija magħquda ma’ kompetizzjoni fejn jiġu ppremjati lokalitajiet li jkunu laħqu dawn il-kriterji. |
| Is-sindku ta’ | Kerċem, Joe Grima fisser kif il-Kunsill Lokali tiegħu rabat il-festival ‘Is-Sagra ta’ San Girgor’ maċ-ċelebrazzjoni tal-festa, li ssir ta’ kull sena f’dan ir-raħal, għad unur dan il-qaddis. Huwa ta informazzjoni dettaljata tal-attivitajiet fil-programm, li jinkludu tour kulturali, sports, fjakkolata, għana, ikel u xorb. L-ikel servut waqt dan il-festival ser ikun wieħed tradizzjonali u x-xorb ser ikun jinkludi wkoll l-inbid. Attrazzjoni gastronomika prinċipali mistennija tkun ikla tipikament Għawdxija, organizzata l-Ħadd f’nofsinhar li se tkun akkumpanjata bi spettaklu folkloristiku. |
| L-ispettakli | matul dan il-festival ser ikunu maqsumin fuq tliet palkijiet fejn ser jipparteċipaw artisti prominenti fix-xena lokali. Fost dawn insibu lil Freddie Portelli, Claudia Faniello, Aldo Busuttil, The Greenfields, Fabrizio Faniello, Miriam Christine Borg, Philip Vella Band, John Muscat flimkien ma’ Joe id-Dulli u Veronica Farrugia. Attrazzjonijiet oħra għall-pubbliku huma gruppi folkloristiċi u gruppi oħra ta' żfin u Line Dancing. Ta’ kuljum ser ikun hemm ukoll attivitajiet għat-tfal bi preżentazzjoni ta’ animaturi professjonali, f’tinda kbira. |
| Il-ftuħ uffiċjali | ta’ dan il-festival ser isir nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu fil-5:00pm. Il-Ħamis filgħaxija ser jinfetħu żewġ wirjiet li qed jiġu mtellgħa għal din l-okkażjoni, li huma ‘Wirja ta’ Kollezzjonijiet’ fil-Każin tal-Għaqda Mużikali San Girgor, u ‘L-istorja tal-Kerċem Ajax’ ġewwa l-każin tat-tim tal-futbol ta’ Kerċem. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984