Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ZGHAZAGH U SPORT (MEDC) B’REAZZJONI GHAL DAK LI QAL IL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI DALGHODU

PR0345
Date Icon 01/03/2009

Zbalji mill-Kap tal-Oppozizzjoni dwar l-edukazzjoni.  Ma vverifikax il-fatti u rega zbalja

Fatt Numru 1

Fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport ħareġ Stqarrija Nru 1982 li għadha tidher fuq is-sit tad-Dipartiment tal-Informazzjoni dwar ir-riżultati tat-TIMMS.  Barra minn hekk dawn ir-riżultati kienu pubblikati wkoll fis-Science Magazine tad-Direttorat tal-Edukazzjoni u x-xahar id-dieħel se ssir Konferenza Nazzjonali dwar it-tagħlim tax-Xjenza.  Ghalhekk mhux minnu dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni li r-rizultati ta’ dan l-istudju ma kienux pubblici.  Il-Kap tal-Oppozizzjoni ma vverfikax il-fatti, li huma accessibbli ghal kulhadd.

Fatt Numru 2

Mhux veru li ma hemmx servizz ta’ Learning Support Assistants fil-Kindergarten.  Fil-fatt il-lum hemm 98 Learning Support Assistants ma’ tfal fl-eta’ bejn sena u tliet snin u 129 Learning Support Assistants oħra ma’ tfal ta’ 4 snin.  Dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu dwar l-LSA mhux minnu, u jidher li xi hadd tah informazzjoni hazina li rrepetiha minghajr ma vverfika l-fatti.

Fatt Numru 3

F’Novembru li ghadda tnieda d-Dokument ta’Konsultazzjoni dwar il-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja “biex it-tfal kollha jmorru ahjar”.  Din il-konsultazzjoni tolqot ukoll l-ezami tal-Junior Lyceum.  Il-konsultazzjoni pubblika dwaru, fuq talba tal-ghalliema u l-genituri kienet estiża sal-15 ta’ Frar.
F’din il-konsultazzjoni kien hemm ħafnasuġġerimenti dwar l-eżami tal-Junior Lyceum li qed ikunu kunsidrati.  L-evalwazzjoni tal-konsultazzjoni se tingħalaq fi ftit jiem oħra u jittieħdu d-deċiżjonijiet mehtiega.  L-applikazzjonijiet joħorġu wara li jittieħdu d-deċiżjonijiet, wara li l-Gvern ikun sema lill-ghalliema u lill-genituri fi process wiesgha u miftuha ta’ konsultazzjoni.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow