Left arrow Go Back

Sehem is-soċjetà ċivili fil-proċessi ta’ konsultazzjoni - Laqgħa għall-għaqdiet mhux governattivi - f’Għawdex

PR0342
Date Icon 01/03/2009
Is-Segretarjat Parlamentari għal-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, flimkien mal-Malta-EU Steering and Action Commitee (MEUSAC), il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-Kummissarju għall-Organizzazzjoni Volontarji nhar is-Sibt 28 ta’ Frar, organizzaw laqgħa għall-għaqdiet mhux governattivi dwar is-sehem tas-soċjeta ċivili fil-proċess ta’ konsultazzjoni.
F’din il-laqgħa ġew introdotti l-istrutturi nazzjonali li l-għan prinċipali tagħhom hu l-konsultazzjoni fuq diversi materji, b’laqtiet nazzjonali u Ewropej. Il-laqgħa offriet il-possibiltà li rappreżentanti ta’ għaqdiet tas-soċjetà ċivili jsiru jafu iktar dwar il-MEUSAC, l-MCESD u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji u x’joffru għall-għaqdiet tagħhom; jistabilixxu kuntatt ma’ uffiċjali fi ħdan dawn l-organizzazzjonijiet, u jgħarrfu kif jistgħu jisfruttaw aħjar il-proċessi ta’ konsultazzjoni eżistenti.
Il-kelliema prinċipali kienu l-Onor Dr. ChrisSaid - Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni,  Dott. Vanni Xuereb-Kap tal-MEUSAC; is-Sur Joseph Montebello-Segretarju Eżekuttiv tal-MCESD, is-Sur Antione Vassallo-Segretraju tal-Kumitat Reġjonali tal-MCESD f’Għawdex u President tal-Assoċjazzjoni tal-NGOs Għawdxin u l-Prof. Kenneth Wain, il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.
Il-MEUSAC qiegħed jikkoordina l-proċess ta’konsultazzjoni u d-dibattitu dwar l-Unjoni Ewropea mal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili permezz ta’ Core Group u disa’ Kumitati Settorjali. Dott. Xuereb ta spjega dwar ir-rwoli ta’dan l-uffiċċju – li jiffaċilità l-konsultazzjoni dwar proposti leġislattivi, informazzjoni dwar żviluppi Ewropej u programmi tal-UE, kif ukoll għajnuna lill-għaqdiet mhux governattivi u kunsilli lokali biex japplikaw għall-fondi Ewropej.  Huwa wkoll ħeġġeġ għal iktar kuntatt bejn l-għaqdiet u l-uffiċċji nazzjonali.
F’Novembru li għadda l-MEUSAC ħareġ sejħagħall-espressjoni ta’ interess minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jipparteċipaw fil-proċess ta’ konsultazzjoni tal-MEUSAC dwar il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ disa’ Kumitati Settorjali li r-responsabbiltajiet tagħhom huma varji. Il-kompożizzjoni tal-Kumitati b’mod ġenerali tixbaħ lil dik tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u kull Kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern u entitajiet governattivi, rappreżentanti tal-membri tal-Core Group, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw fil-qasam li jkunu qegħdin jirrapreżentaw fil-Kumitati partikolari.  Kienet laqgħa interess għal dawk li diġà wrew interess li jieħdu sehem f’dawn il-Kumitati kif ukoll għal għaqdiet oħra li jridu jew jieħdu sehem iktar il-quddiem jew li jixtiequ jgħarrfu jidentifikaw kwistjonijiet Ewropej li huma ta’ interess. Għalhekk ingħata spjega ta’ dawn il-Kumitati Settorjali. Julian Micallef, Aġent Kap (Konsultazzjoni) fi ħdan il-MEUSAC għadda numru ta’ suġġerimenti dwar kif organizzazzjoni tista’ żżomm ruħha infurmata u taħdem aħjar biex ikun hemm djalogu tajjeb mal-awtoritajiet tal-Gvern dwar proposti leġislattivi. Dr. Diane Farrugia, mill-MEUSAC, provdiet preżentazzjoni siewja dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea fil-proċess li tinħema liġi Ewropea.
L-MCESD iservi ta’ katalist bejn l-imsieħbasoċjali u l-Gvern permezz ta’ rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet fuq materji ekonomiċi u soċjali.  Is-Soċjetà Ċivili wkoll għandha sehem f’dan il-Kunsill, permezz tal-Kumitat tas-Soċjeta’ Ċivili magħmul minn numru ta’ għaqdiet. Dan il-kumitat għandu il-funzjoni prinċipali li l-għaqdiet jagħtu l-viżjoni u r-rakkomandazzijiet tagħhom dwar diversi oqsma fuq livell nazzjonali. Is-Sur Joe Montebello, Segretarju Eżekuttiv tal-MCESD, ta spjega dwar il-kuntatt ta’ dan il-Kunsill mas-soċjetà ċivili. Is-Sur Antoine Vassallo minn naħa tiegħu ippreżenta l-iżviluppi li qed iseħħu fir-rigward tal-Kumitati Reġjonali ta’ Għawdex tal-MCESD. Huwa saħħaq li hemm bżonn is-sehem ta’ kulħadd biex dan ikun suċċess.
L-introduzzjoni ta’ liġi ġdida li tirregolal-għaqdiet volontarji ġabet żviluppi ġodda fil-qasam. Numru konsiderevoli ta’ għaqdiet huma miktuba mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji. Waqt din il-laqgħa ġiet spjegata l-liġi kif ukoll il-benefiċċji diversi għal dan is-settur. Il-Prof. Kenneth Wain, Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, provda rendikont ta’ x’inhu jseħħ f’dan il-qasam fejn ukoll semma’ in-numru konsiderevoli ta’ għaqdiet li huma rreġistrati mal-Uffiċċju. Ir-rwol tal-Kunsill tal-Għaqdiet Volontarji u x’ħidma qed iwettaq ukoll ġew spjegati. Il-benefiċċji ta’ reġistrazzjoni ġew elenkati. Prof. Wain appella biex organizzazzjonijiet li għadhom ma rreġistrawx biex jagħmlu hekk.
Punti diversi li qamu mill-parteċipanti kienujinkludu talbiet għal preżenza tal-MEUSAC f’Għawdex, x’hi kriterji qed japplikaw biex tissieħeb fil-Kumitati Settorjali, dwar il-komposizzjoni tal-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex, u dettalji ta’ interess fuq il-liġi dwar il-Volontarjat inkluż ġabriet ta’ fondi mill-pubbliku, kwistjonijiet fiskali, u x’jiġri jekk iseħħ xoljiment ta’ għaqda.
Id-diskors ta’ għeluq sar mill-Onor. Chris Said,Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni. Huwa saħaq li r-regolamentazzjoni fil-qasam tal-għaqdiet volontarji hija tajba għal dawk li għandhom interess li jmexxu ‘l quddiem lis-soċjetà u lis-settur tagħhom. Rigward ix-xogħol tal-MEUSAC huwa qal biċ-ċar li s-servizzi, kemm biex issir il-konsultazzjoni kif ukoll għajnuna dwar il-fondi, qiegħdin hemm u stieden lill-għaqdiet biex jagħmlu użu bis-sħiħ. Huwa qal ukoll li dak li hu possibli jsir Għawdex għandu jsir hemmhekk ukoll.
L-Onor. Said fiehem ukoll kif mill-laqgħat lisaru issa fi ħdan il-Kumitat Reġjonali tal-MCESD qed ikun hemm ħidma biex sitwazzjonijiet  li ġew identifikati u li jistgħu jkunu problematiċi jiġu indirizzati. L-Onor. Said faħħar il-kontribuzzjoni tal-għaqdiet lis-soċjetà Maltija filwaqt li rringrazzja lin-numru sabiħ ta’ rappreżentanti tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow