Stqarrija tal-Ministeru ghall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment b’risposta ghal dak li qal illum il-Kap tal-Oppozizzjoni
PR0340
28/02/2009
| L-Oppozizzjoni tikkonferma hi stess kemm hi | rresponsabbli |
| Dak li qal dalgћodu l-Kap tal-Oppożizzjoni | Joseph Muscat hi l-akbar konferma ta’ kemm l-Oppożizzjoni matul din il-ġimgha kienet qed tgћawweġ il-fatti, tivvinta u tinterpreta ћazin dak li qal il-Kummissarju Ewropew Kovacs dwar it-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi. |
| Id-diskorsi tal-Oppożizzjoni juru li b’mod | irresponsabbli din mhix tagћraf x’gћandhom ikunu l-prijoritajiet tal-pajjiż fi żmien meta d-dinja gћaddejja minn krizi ekonomika u finanzjarja. |
| L-Oppożizzjoni b’mod mill-aktar irresponsabbli | kienet qed twebbel lin-nies li gћandhom dritt awtomatiku li jieћdu mingћand il-Gvern flus li tћallsu bћala VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi. La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas il-Qorti Ewropea ma qalu li l-Gvern gћandu jagћti xi flus lura. |
| Dak li qal illum Joseph Muscat jixkef l-ingann | tal-Oppożizzjoni gћaliex wara li ghal jiem sћaћ kienet qed tgћid li l-Gvern Malti gie ordnat iћallas lura l-VAT miġbura fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, issa qed tammetti li hemm bżonn li li tkun il-Qorti Maltija li tiddeciedi dan. |
| F’mument fejn id-dinja kollha qed tara kif | tkompli tinvesti fl-industrija, fl-intrapriża, fit-turiżmu, fl-edukazzjoni, u fit-taћriġ biex tkun affrontata l-kriżi ekonomika internazzjonali l-oppozizzjoni riedet li l-Gvern joћrog flus li l-ebda awtorità ġudizzjarja qatt ma ddikjarat li ma kellhomx jinġabru. |
| L-Oppożizzjoni jew trid li l-Gvern jimponi taxxi | ġodda biex jirkupra dawn il-50 miljun ewro jew inkella tridu jnaqqas dan l-ammont mill-inizjattivi biex jitkattar l-investiment u biex jinћoloq ix-xogћol gћall-ћaddiema, mill-investiment fl-edukazzjoni ta’ uliedna, fis-saћћa, jew minn fuq l-gћajnuniet soċjali mogћtija lil dawk fil-bżonn. |
| Dan m’hu xejn ћlief irresponsabbiltà gћaliex | l-Oppożizzjoni suppost taf biżżejjed x’inhuma l-prioritajiet tal-pajjiż f’dan il-mument. Il-Gvern qed jagћżel it-triq tar-responsabbiltà u l-gћaqal u se jkompli jinvesti d-dћul tal-Gvern biex ikompli jgћin lill-pajjiż jaffronta u jegћleb l-isfidi li gћandu quddiemu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984