Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli jippresiedi l-iffirmar ta’ kuntratti mal-għaqdiet sportivi għall-użu tal-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel
PR0338
27/02/2009
| “Il-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel qed | jgħaddu lura għand il-komunità wara l-ħin tal-iskola. B’dan il-mod qed nimmassimizzaw il-potenzjal tar-riżorsi tagħna waqt li nżidu l-aċċessibbilita` għal aktar parteċipazzjoni sportiva.” |
| Dan | qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li ppresieda fuq ċeremonja ta’ ffirmar ta’ kuntratti ma’ disa` għaqdiet sportivi dwar użu wara l-ħin tal-iskola, ta’ faċilitajiet sportivi tal-iskejjel tal-istat. |
| Clyde Puli qal li l-Kunsill Malti għall-iSport | laħaq ftehim mad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi biex wara l-ħin tal-iskola, il-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel jgħaddu taħt it-tmexxija tal-Kunsill Malti għall-iSport. Il-Kunsill Malti għall-iSport imbagħad jalloka l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet lil diversi għaqdiet sportivi. |
| Il-Kunsill Malti għall-iSport qiegħed fl-istess | waqt jidħol għall-polza tal-assigurazzjoni u maintenance agreement tal-istess faċilitajiet. Il-kuntratt mal-għaqdiet jispeċifika l-użu xieraq tal-faċilitajiet fl-aħjar interess tat-tfal bħala studenti u bħala sportivi. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li b’dan il-ftehim il-Gvern qed jassigura li jsir użu massimu tar-riżorsi li għandu l-istat. |
| Sitta mid-disa’ għaqdiet iffirmaw kuntratti | għall-kirjiet issussidjati tal-faċilitajiet. Permezz ta’ dan is-sussidju dawn is-sitt għaqdiet qed igawdu minn assistenza li tammonta għal aktar minn €6,000 fix-xahar u għal-madwar €75,000 fis-sena. |
| L-għaqdiet sportivi li daħlu f’dan il-ftehim | kienu; |
| Kulleġġ Santa Margerita: | Malta Amatuer Football Association u St. Georges Football Club |
| Kulleġġ Sant Injazju: | Qormi Basketball Club, Qormi Football Club, Sharks Rugby u Sei Shin Kan Renshinkai Aikido. |
| Sa | dan it-tant it-tliet għaqdiet sportivi l-oħra daħlu għal żewġ kuntratti oħra fejn huma ser jinvestu eluf ta’ ewro biex jimmodernizzaw il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-lokalità tagħhom. |
| Lija | Athletic FC u Balzan Youths FC iffurmaw kumitat konġunt biex jinvestu fil-football pitch tal-iskola primarja ta’ Ħal Lija li tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Tereża. |
| Il-Qrendi Football Club daħal fi ftehim simili | fejn ser ikun qed jinvesti fil-faċilitajiet tal-iskola primarja tal-Qrendi li tifforma parti mill-Kulleġġ San Benedittu. |
| Fiż-żewġ każijiet, minn dawn l-investiment, ser | igawdu l-istudenti li jattendu f’dawn l-iskejjel minħabba li l-iskejjel ser ikollhom l-użu esklussiv tal-faċilitajiet waqt il-ħin tal-iskola. Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ dawn iż-żewġ arranġamenti ser tkompli tikber il-lista ta’ faċilitajiet sportivi f’pajjiżna li fihom jista’ jsir taħriġ mill-għaqdiet sportivi. |
| Ftehim simili ma’ entitajiet sportivi oħra | mistennija li jkomplu jiġu ffirmati fil-ġimgħat li ġejjin. Is-Segretarju Parlamentari irringrazzja lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina tal-appoġġ kontinwu tagħha għal din l-iskema. |
| Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti Dr. Chris | Bezzina, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, is-Sur Bernard Vassallo, Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport u s-Sur Joe Cassar, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-iSport u s-Sur Angelito Sciberras Kap tas-Segretarjat taż-Żgħażagħ u Sport. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984