Malta fost l-aktar pajjiżi li jużaw tajjeb il-fondi tal-UE
PR0337
27/02/2009
| Fejn | jidħlu l-fondi tal-Unjoni Ewropea pajjiżna hu meqjus bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li għamlu użu tajjeb minn dawn il-fondi u li sfruttawhom kif imiss. B’riżultat ta’ din l-effiċjenza fl-użu ta’ dawn il-fondi Ewropej, għall-Programm Youth in Action, hadna 282,509 ewro fl-2003 u 1,055,494 ewro is-sena li għaddiet filwaqt li għall-programm tal-Lifelong Learning fl-2003 pajjiżna rċieva s-somma ta’ 842,367 ewro u s-sena li għaddiet ħadna 2,457,500 ewro . |
| Dan | qalitu Dolores Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport meta kienet qed titkellem f’ċerimonja li fiha ngħataw fondi tal-Unjoni Ewropea lil diversi organizzazzjonijiet lokali taħt il-Programmi Youth in Aciton u Lifelong Learning. Għal din l-okkażjoni organizzata mill-Aġenzija għall-Programmi tal-Unjoni Ewropea, kien preżenti wkoll Jan Figel, Kummissarju tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-Edukazzjoni u l-Kultura. |
| Il-Ministru Cristina qalet li mijiet ta’ Maltin | f’dawn l-aħħar snin ibbenefikaw mill-parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni Ewropea. L-esperjenza miksuba minn dawn in-nies għandha tħalli effett pożittiv. |
| Dawn | iż-żgħażagħ jitkellmu b’ċertu fervur dwar l-esperjenza li għamlu permezz ta’ dawn il-programmi u juru biċ-ċar li minn din l-esperjenza kisbu u akkwistaw ħiliet ġodda, kisbu aktar kunfidenza fihom infushom u f’dak li jagħmlu u tgħallmu jkunu aktar indipendenti. |
| Dawn | l-esperjenzi juru kemm hu importanti li jkollna l-opportunita` li nimirħu ‘l hinn minn xtutna, nitħalltu ma’ nies minn pajjiżi oħra, induqu mill-kultura u d-drawwiet tagħhom u l-mod kif jgħixu, naħdmu jew nistudjaw magħhom u naqsmu magħhom l-esperjenzi tagħna. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni qalet li dan kollu | rridu nkomplu ninkoraġġuh. Hu parti mill-proċess edukattiv li qed ikun aġġornat kontinwament. Proprju bħalissa, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għolja għaddejja bi proċess ta’ konsultazzjoni bl-iskop li nkomplu nsaħħu dan il-qasam. Bla dubju ta’ xejn, l-opportunitajiet offruti mill-programmi tal-Unjoni Ewropea għal studenti li jridu jkomplu bl-edukazzjoni terzjarja, huma ingredjent importanti fir-riċetta li trid tassigurana li nkomplu nsaħħu l-edukazzjoni għolja f’pajjiżna u nagħmlu minn Malta Ċentru ta’ Eċċellenza fil-qasam tal-Edukazzjoni. |
| Hu | wkoll ta’ siwi li nivvalorizzaw dawn il-proġetti u l-esperjenzi miksuba bl-għajnuna tal-programmi tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti ma jistgħux jibqgħu biss għand min jagħmilhom u jibbenefika minnhom. L-istess l-esperjenzi miksuba mill-parteċipanti f’dawn il-programmi. Dawn il-proġetti u l-esperjenzi rridu nippropagawhom u nagħmluhom magħrufa ma’ kemm jista’ jkun nies, biex persuni oħra jitħajru jipparteċipaw u jakkwistaw minn dawn il-proġetti u esperjenzi utli. |
| Il-Ministru sostniet li dawn il-programmi huma | mezz ieħor li għandu jgħinna nilħqu l-miri tal-Aġenda ta’ Lisbona li aktar persuni jkomplu jistudjaw wara l-eta’ obbligatorja u jidħlu fl-edukazzjoni għolja u biex nagħmlu mis-soċjeta tagħna waħda bbażata fuq l-għerf. |
| Fl-2008, wara li twaqqfet l-Aġenzija | għall-Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-użu u n-numru ta’ persuni u organizzazzjonijiet li bbenefikaw mill-programmi tal-Unjoni Ewropea kiber ħafna u sar użu massimu mill-fondi disponibbli. |
| Il-Ministru ħabbret li mis-sena d-dieħla fi | sforz li nagħmlu dawn il-programmi aktar magħrufa u biex nagħrfu u nippremjaw, prattiċi u proġetti li jixirqilhom, se jitnieda l-Premju għall-Aħjar Prattiċi (Best Practices Award), li jibda jingħata kull sentejn. |
| Din | għandha tkun okkażjoni biex niċċelebraw il-Prattiċi Tajba u s-suċċess minn dawk li jibbenefikaw minn dawn il-programmi. |
| Fl-aħħarnett il-Ministru rringrazzjat | lill-Kummissarju Jan Figel għaż-żjara tiegħu u għad-diskussjonijiet utli li kellu f’Malta. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984