Left arrow Go Back

IL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TONIO BORG JILTAQA’ MAL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA BERNARD KOUCHNER

PR0335
Date Icon 27/02/2009
Franza l-ewwel litagħti bidu għall-implimentazzjoni tal-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil billi taċċetta li tieħu tmenin persuna
L-immigrazzjoni illegali, il-kummerċ, ir-rabtietkulturali u storiċi bejn Malta u Franza kienu wħud mid-diskussjonijiet prinċipali li ġew diskussi bejn il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tar-Repubblika Franċiża Bernard Kouchner, waqt iż-żjara tiegħu f’Malta. Il-Ministru Tonio Borg enfasizza r-relazzjoni eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u nnota l-aħħar żviluppi li wasslu għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterli.
Dwarl-immigrazzjoni illegali, il-Ministru Borg saħaq li Franza tat spinta importanti f’dan il-qasam bis-saħħa tal-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil li kien iffirmat is-sena li għaddiet taħt il-Presidenza Franċiża. Franza hija l-ewwel pajjiż li offriet lil Malta biex tieħu 80 rifuġjat minn pajjiżna, taħt it-termini tal-Patt Ewropew tal-Immigrazzjoni u l-Ażil. Il-Ministru Kouchner saħaq li issa hu l-mument li pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea jsegwu dan il-pass. Huwa rrifera għall-kwistjoni tal-Immigrazzjoni Illegali bħala problema diffiċli ħafna li l-Ewropa għandha tfittex soluzzjonijiet għaliha fit-tul.
Il-Ministru Borg u l-Ministru Kouchner tkellmuwkoll fuq il-kummerċ u n-negozju bejn iż-żewġ pajjiżi. Fost affarijiet oħra ġie nnutat l-ammont sostanzjali ta’ investiment bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll iddiskutew il-kriżi finanzjarja internazzjonali u l-effetti li din qed tħalli fuq l-ekonomiji.
Masetax jonqos li jkunu diskussi wkoll ir-rabtiet edukattivi u kulturali, li ġew deskritti bħala  tajbin ħafna, grazzi għall-koperazzjoni li teżisti mal-Universita’ kif ukoll mal-Alliance Francaise. Issemmiet ukoll il-koperazzjoni fit-tul fil-qasam edukattiv, speċjalment fix-xjenza u t-teknoloġija, u l-MemorandumofUnderstanding li kien konkluż bejn l-Universita’ ta’ Malta u tliet setturi Franċiżi fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata li jirrapreżentaw total ta’ 230 kumpanija magħmula minn kumpaniji bħall-Airbus u l-Euro-Copter.
Iż-żewġ Ministri tkellmu dwar l-Unjonital-Mediterran u s-sitwazzjoni preżenti fil-Lvant Nofsani speċjalment wara dak li seħħ f’Gaza.
Suġġett ieħor diskuss kien dak tat-turiżmu, liskont ċifri uffiċjali juru li kien hemm żieda ta’ 8 fil-mija fit-turisti li ġew f’Malta fl-2008 meta mqabbel mal-2007. Il-Ministru Borg qal li jkun ta’ inkoraġġiment li apparti t-titjiriet tal-AirMalta jibda jkun hemm ukoll titjiriet diretti tal-AirFrance lejn Malta. Sostna li hemm potenzjal sħiħ f’dan ir-rigward biex ikun hemm aktar żvilupp fin-negozju u t-turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi.

Noti:

Malta u Franza għandhom relazzjonijietbilaterali meqjusa bħala eċċellenti.
F’Mejju tal-2007, il-Prim Ministru kien stiedenlill-President Nicolas Sarkozy għal żjara uffiċjali f’Malta fil-kapaċita’ ta’ President tar-Repubblika.
F’Awwissu tas-sena li għaddiet, kien ġie konklużftehim bejn il-Gvern Malti u dak Franċiż meta ġie Malta l-Ministru għall-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi u s-Servizz Ċivili, Eric Woerth, fejn kien sar qbil fuq il-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Franċiż għat-Tneħħija tat-Tassazzjoni Doppja u l-Prevenżjoni tal-Evażjoni Fiskali fejn jidħlu Taxxi fuq id-Dħul u l-Kapital.
Fl-aħħar snin Franza kienet waħda mill-iktartliet pajjiżi li sar negozju magħha, filwaqt li fl-2006, Franza kienet l-iktar pajjiż li Malta esportat lejh u t-tieni l-iktar pajjiż li impurtajna minnu.
Preżentament hemm iktar minn 60 KumpanijaFranċiża rreġistrati f’Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow