Left arrow Mur Lura

IL-CORE GROUP TAL-MEUSAC JIDDISKUTI T-TRASPORT MARITTIMU EWROPEW

PR0334
Date Icon 27/02/2009
Illum, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi,iltaqa’ l-Core Group tal-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) taħt il-presidenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Dott. Chris Said.
Fuql-aġenda kien hemm għad-diskussjoni l-Politika għat-Trasport Marittimu tal-Unjoni Ewropea minħabba li fil-21 ta’ Jannar il-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi proposti dwar:

1.         Miri strateġiċi u rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018  

2.         Komunikazzjoni u pjan ta’azzjoni bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona Ewropea tat-trasport marittimu mingħajr fruntieri; u

3.         Formalitajiet ta’ rrappurtar għal bastimenti li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità.

Wara l-preżentazzjonijietli taw is-Sur Julian Micallef, Aġent Kap tal-Konsultazzjoni  fi ħdan il-MEUSAC, u s-Sur Charles Abela, Deputy Executive Director (Ports) fi ħdan l-Awtorità Marittima ta’ Malta, diversi membri qajmu punti għad-diskussjoni dwar dawn il-proposti
Il-Komunikazzjonifuq l-għanijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE hija maħsuba li tindirizza sfidi marbuta mal-globalizzazzjoni u l-kompetizzjoni rigward il-kwalità ta’ vjaġġar bil-vapuri rilokati barra, kif ukoll biex tindirizza kriżijiet marbuta mal-ekonomija u l-enerġija.
Dwaril-Komunikazzjoni u l-pjan ta’ azzjoni bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona Ewropea tat-trasport marittimu mingħajr fruntieri, il-membri tal-Core Group saħħqu dwar il-ħtieġa li tittejjeb ir-reputazzjoni tal-bandiera Maltija.  Issemmew diversi punti, fosthom:

·        ir-riperkussjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-baħħara fl-UE u l-ħaddiema tal-portijiet;

·        drittijiet tal-passiġġieri li jużaw il-vapur u l-cruise liners.

·        titjib fil-mezzi ta’ trasport bejn il-gżejjer;

·        il-ħtieġa li jkun hemm assigurazzjoni ta’ livell ekwu tal-kompetittività tal-manifatturi Maltin, partikolarment rigward it-trasport marittimu bejn Malta u r-Renju Unit;

·        in-nuqqas ta’ kontrolli mal-fruntieri fuq merkanzija impurtati fuq vapuri li ma jġorrux merkanzija; u

·        sinerġija aħjar bejn l-awtoritajiet lokali dwar kontrolli tal-merkanzija

Is-Sur Charles Abela spjega lil-UE tirrikonoxxi l-bżonn ta’ iktar viżibilità fi ħdan l- Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima kif ukoll il-bżonn li tiġi stabbilita żona Ewropea tat-trasport marittimu mingħajr fruntieri permezz ta’ proċeduri tad-dwana aktar simplifikati.  Huwa assigura l-membri tal-Core Group li l-MMA qiegħda twettaq serje ta’ konsultazzjonijiet biex tistabbilixxi kif jistgħu jintlaqtu l-ħaddiema tal-port u dawk li jsuqu l-pilot boats, u qal li l-Malta Enterprise qiegħda tagħmel studji dwar l-impatt tat-trasport bejn il-gżejjer, inkluż bejn Malta u r-Renju Unit.  Is-Sur Abela qal li l-Komunikazzjoni għad-diskussjoni ma tirrelatax ma’ kwistjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-vapuri.
Fi tmiem id-diskussjonidwar il-Politika għat-Trasport Marittimu tal-UE, is-Segretarju Parlamentari, Dott. Said issuġġerixxa li l-preżentazzjonijiet li ngħataw lill-membri tal-Core Group għandhom ikunu ppreżentati wkoll lill-membri tal-MCESD minħabba l-impatt ekonomiku u soċjali li din il-politika jista’ jkollha f’pajjiżna.
Fond għas-SoċjetàĊivili
Il-Membri tal-CoreGroup iddiskutew il-Fond għas-Soċjetà Ċivili.  Dan il-fond huwa mmirat biex jagħti sostenn finanzjarju lill-korpi kostitwiti u organizzazzjonijiet rappreżentattivi biex jorganizzaw attivitajiet relatati mal-politika tal-Unjoni Ewropea. Id-diskussjoni ffukat fuq jekk il-Fond għandux iżomm l-istess format li ntuża għal dawn l-aħħar snin, jew jekk għandux jinbidel f’fond għal ko-finanzjament ta’ proġetti tal-UE, jew inkella jiġi mmodifikat b’tali mod li jgawdi taħlita tat-tnejn.
Ġie deċiż ligħandhom isiru laqgħat bilaterali bejn il-MEUSAC u l-organizzazzjonijiet rappreżentati fil-Core Group u li titfassal proposta li tieħu in konsiderazzjoni l-opinjonijiet espressi.

Kumitati Settorjali

Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Chris Said, informa l-membri tal-Core Group li s-segretarji tal-Kumitati Settorjali ġew reklutati u li l-Kumitati Settorjali se jiltaqgħu bejn it-12 ta’ Marzu u 9 ta’ April.  Huwa tenna li sal-laqgħa li jmiss tal-Core Group għandhom jintgħażlu t-tliet rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governattivi biex jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tas-settur volontarju fi ħdan il-Core Group.

Membri preżenti

Preżenti għal-laqgħa tal-Core Group kien hemm: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Dott. Chris Said (Chairperson), Dott. Vanni Xuereb (Kap, MEUSAC), Dott. Godwin Grima (Segretarju Permanenti Ewlieni), is-Sur Richard Cachia Caruana (Rappreżentant Permanenti għall-UE), is-Sur Julian Micallef (Aġent Kap tal-Konsultazzjoni, MEUSAC u Segretarju tal-Core Group), Ms Graziella Pullicino (A/Kap, Segretarjat UE), Dott. Gabriella Pace (Kap tal-Informazzjoni, MEUSAC), Dott. Josette Grech, is-Sur Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Arthur Rossi (Confederation of Malta Trade Unions), is-Sur Vince Farrugia (GRTU), is-Sur Tony Zarb (General Workers’ Union), is-Sur Joe Grech (Gozo Business Chamber), Kevin Bonello u l-Ing. Ray Muscat (Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry), Dott. Paul De Battista (Malta Employers’ Association), is-Sur Alexander Bonello (Malta Hotel and Restaurants Association), l-Onor. Dott. Luciano Busuttil (Partit Laburista), Dott. Paul Borg Olivier (Partit Nazzjonalista), is-Sur Jesmond Bonello (Union Ħaddiema Magħqudin) kif ukoll membri sostituti, uffiċjali mill-MMA u d-Dipartiment tad-Dwana, membri tal-istaff tal-MEUSAC u tas-Segretarjat UE (OPM).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow