IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR CHRIS SAID JINAWGURA L-HSBC MALTA PROPERTY EXPO
PR0332
27/02/2009
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Dott. Chris Said inawgura uffiċjalment l-HSBC Malta Property Expo fl-MFCC f’Ta’ Qali. Huwa qal li llum, grazzi għall-għaqal tagħna, il-biċċa l-kbira tal-Maltin għandhom ir-residenza tagħhom u ħafna għandhom ukoll proprjetà oħra li jużawha bħala villeġġjatura jew inkella jikruha għall-profitt. |
| Dott. Said qal li | minkejja li minn żmien għal żmien ikun hemm perijodi diffiċli, is-suq tal-proprjetà dejjem kien investiment sod u li jrendi. Huwa qal ukoll li grazzi għad-deċiżjonijiet għaqlija tal-Gvern matul l-aħħar snin, u deċiżjonijiet riċenti bħad-dhul fiż-Żona Ewro, Malta ma ħassitx it-terremot li laqat ħafna ekonomiji oħra madwar id-dinja. Ta’ dan għandhom mertu kbir ukoll il-banek lokali li dejjem ħadmu b’għaqal kbir. |
| Is-Segretarju | Parlamentari semma l-importanza tax-xiri tal-proprjetà minn barranin u kemm dan hu importanti għall-iżviluppaturi u aġenti tal-proprjetà. Filwaqt li jifhem li l-industrija tal-proprjetà trid tara li dan jiġi faċilitat, huwa qal ukoll li jrid jinħoloq bilanċ bejn dan il-kunċett u l-obbligu soċjali fejn il-Gvern irid jara li jiffaċilita l-ħajja ta’ dawk li deħlin għall-ewwel darba fis-suq sabiex ikunu jista’ jkollhom ir-residenza tagħhom. |
| L-Onor. Said qal li | bilanċ ieħor li jrid jintlaħaq huwa dak bejn l-iżvilupp u s-sostennibilità. L-iżvilupp sostenibbli huwa l-għan ewlieni tal-Gvern, u l-aġenti tal-proprjetà u l-iżviluppaturi għandhom rwol importanti ħafna x’jaqdu sabiex dan jintlaħaq. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li l-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli jiġbor fih il-kunċett tal-użu effiċjenti tal-energija. Fl-aħħar budget il-Gvern ħabbar diversi miżuri f’dan is-sens u dawn ġew imnedija aktar kmieni dan ix-xahar. |
| Il-Gvern alloka 2 | miljun ewro bħala sussidju għall-istallazzjoni ta’ solar water heaters, 500,000 ewro bħala għajnuna li tagħmel tajjeb għal 50% tal-ispejjeż ta’ pannelli fotovoltaiċi u skema ta’ sussidjar sa 33% ghall-istallazzjoni ta’ double glazing. |
| Dott. Chris Said | għalaq billi qal li jemmen li l-industrija tal-proprjetà tista’ taħdem flimkien mal-Gvern biex nottjenu l-bilanċ bejn l-interess tal-iżviluppatri u ta’ dawk li jridu jixtru djarhom u l-bilanċ bejn l-iżvilupp u s-sostenibbilita. |
| Fl-HSBC Malta | Property Expo b’kollox qed jipparteċipaw 75 esebitur. Dawn jinkludi żviluppaturi tal-proprjetà, estate agents, banek, kumpaniji tal-assigurazzjoni u interior designers, flimkien ma’ prodotti u servizzi oħra relatati mas-suq tal-proprjetà. Dan kollu se jkun kumplementat minn 10 seminars dwar suġġetti varji bħal kera ta’ proprjetà, marketing, immaniġġjar ta’ proprjetà u oħrajn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984