Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-ONOR JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI TAS-SAĦĦA, FIL-FTUĦ TAS-SEMINAR “PSIKOLOĠIJA U KOMUNJONI” FL-10 ANNIVERSARJU TAL-GĦOTI TAL-LAWRJA HONORIS CAUSA LIL CHIARA LUBICH – FLORIANA – 26.02.2009

PR0330
Date Icon 27/02/2009
Huwata’ unur kbir għalija niftaħ dan is-Seminar li jġib l-isem ta’ “Psikoloġija u Komunjoni”, li huwa parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru biex ifakkru l-10 anniversarju tal-miġja ta’ Chiara Lubich f’Malta, biex tirċievi l-Lawrja Honoris Causa fil-qasam tal-Psikoloġija mill-Universita’ tagħna.
Dawkfostkom li kienu hawn fl-ewwel parti ta’ din is-serata, smajtu li Chiara Lubich hija fost il-personalitajiet l-iktar sinifikattivi fl-iżvilupp tal-ispiritwalità nisranija.  Iżda l-ħsibijiet u l-esperjenza tagħha m’għandomx x’jaqsmu biss ma’ dak li hu spiritwali, għax huma jwasslu l-Vanġelu f’kull qasam tal-ħajja tal-bniedem.
Fis-snin disgħin Chiara Lubich ġiet mogħtijabosta premjijiet u rikonoxximenti minn Universitajiet u Istituzzjonijiet kbar dinjija, u hekk deher b’mod dejjem iżjed qawwi u ċar li kienet qed toħroġ kultura ġdida mill-ispiritwalità tal-unità tagħha.
Fis-26 ta’ Frar ta’ 10 snin ilu l-Universita’ta’ Malta tatha dottorat Honoris Causa fil-Letteratura u Psikoloġija, għall-kontribut siewi li hija tat fil-qasam tal-persuna umana, talli għarfet issarraf il-messaġġ nisrani fi prassi u metodu ta’ riċerka.  Għarfet li Chiara Lubich stabbiliet mudell ta’ ħajja spiritwali, li hu karatterizzat minn rispett kbir lejn l-umanità tal-persuna, minn reċiproċità sħiħa fir-rabtiet interpersonali, u huwa mudell li jagħti valur pożittiv lit-tbatija. B’hekk l-Università tagħna mhux biss tat dottorat fil-Psikoloġija, iżda tat ukoll rikonoxximent lill-ħidma kollha ta’ Chiara Lubich.
Fl-ewwel lezzjoni li hija tat wara li rċevietid-dottorat, Chiara Lubich uriet kif l-ispiritwalità tal-unità hija tweġiba għall-mistoqsijiet tas-soċjetà ta’ llum, anki dawk ta’ aspett psikoloġiku.  Offriet paradigma li twassal ideat ġodda fil-qasam tal-istudju tal-ħsieb u tal-imġieba tal-bniedem, u wriet psikoloġija fejn il-persuna ssib il-milja tagħha biss fir-rabta ta’ mħabba mal-persuna l-oħra.
Ilkoll nafu li llum il-psikoloġija tisħaq lir-relazzjoni mal-persuna l-oħra tibni u tagħti sens lill-identita’ persunali ta’ kull individwu, u li l-esperjenza inter-suġġettiva hija parti essenzjali u kostitutiva tal-bniedem.
Iżdameta wieħed iqis sew it-tweġiba li toħroġ mit-tagħlim ta’ Chiara Lubich isib li hi tiftaħ orizzont ġdid.  Tpoġġi fid-dawl il-fatt li teżiżti forma iktar evoluta tal-ħajja relazzjonali: il-komunjoni, fejn il-fatt li wieħed jafferma ruħu bħala individwu, u li  jgħix l-appartenenza fi grupp, m’humiex zewġ aspetti f’kuntrast jew oppożizzjoni bejniethom, iżda jintegraw ruħhom flimkien b’mod sħiħ.
Jiena nawgura lilna lkoll li bl-okkażjoni ta’llum nagħrfu din it-triq ġdida li qabdet il-kummissjoni internazzjonali “Psikoloġija u Komunjoni”, għall-ġid tas-soċjetà Maltija, u għall-ġid ta’ kull bniedem.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow