STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR0329
27/02/2009
| L-Oppożizzjoni hi kontra li | l-Gvern jiffranka l-flus fuq it-Terminal taċ-Ċirkewwa |
| L-Oppożizzjoni qed jikkritika | lill-Gvern għax talab disinn li jiswa anqas milli kien propost fit-tliet disinji ta’ qabel. |
| L-Oppożizzjoni, għal darb’oħra qed | tikkontradixxi lilha nnifisa. |
| Id-Deputat tal-Oppożizzjoni l-Perit Charles | Buhagiar, li iffirma din l-istqarrija, huwa żbaljat meta jgħid li se jintilfu l-fondi ta’ l-UE. Dan għax il-fondi huma diġa’ allokati lil Malta mill-Unjoni Ewropea u hija biss deċiżjoni tal-Gvern Malti ta’ kif juża l-istess fondi. |
| Charles Buhagiar qed iħallat il-proġett | tal-mollijiet fiċ-Ċirkewwa, proġett li ilu snin lest, mal-proġett tat-terminal fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr. Tajjeb wieħed ifakkar li t-terminal tal-Imġarr ilu lest u ilu jintuża aktar minn sena. |
| Il-proġett f’dawn il-portijiet kien inqassam f’erba’ | fazijiet. |
- L-Ewwel Fażi – Xogħlijiet ta’ dredging u xogħlijiet fuq il-baħar fiċ-Ċirkewwa biex ikunu jistgħu jinbnew il-mollijiet il-ġodda
- It-Tieni Fażi - Reklamazzjoni tal-art u bini ta’ mollijiet ġodda u l-estensjoni tal-breakwater fiċ-Ċirkewwa
- It-Tielet Fażi – Xogħlijiet fuq il-Moll u bini ta’ Terminal Ġdid fl-Imġarr
- Ir-Raba’ Fażi – Bini ta’ Terminal Ġdid fiċ-Ċirkewwa
| L-istqarrija | tal-Oppożizzjoni tonqos milli tinnota li l-ewwel tliet fażijiet tal-proġett twettqu biex illum it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex diġa’ gawda minn qabża ta’ kwalita’. Fil-fatt huma ftit l-okkażjonijiet fejn jitwaqqfu t-traġitti minħabba li l-vapuri ma jistgħux jorbtu mal-mollijiet. |
| Mhux hekk biss imma illum | Għawdex għandu terminal ġdid ukoll. |
| Mas-sħubija ta’ Malta fl-Ewropa l-Gvern ħa | l-opportunita’ biex ittejjeb il-pjanijiet għat- Terminal taċ-Ċirkewwa bl-għajnuna ta’ fondi mill-Ewropa. L-aħħar estimi ghal-progett ghat-Terminal taċ-Ċirkewwa kienu se jiswew € 15.5 Miljun. |
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni talab għal disinn għal progett li jiswa inqas, filwaqt li jaqdi l-istess funzjonijiet jew itejjibhom u jkun ta’ livell għoli. |
| Imma l-Oppożizzjoni | kien għaliha nerġgħu nibdew kollox mill-bidu u dan ifisser spejjeż doppji u skariġġ żejjed. |
| It-Terminal fiċ-Ċirkewwa se jinbena u | sejjer jikkumplementa t-Terminal fl-Imġarr biex b’hekk il-Gvern jiffinalizza dan il-proġett. |
| L-Awtorita’ Marittima flimkien mal-Gozo Channel | Co.Ltd. bħala l-operatur, se jagħmel struttura temporanja fiċ-Ċirkewwa fejn il passiġġieri sa kemm isiru x-xoghlijiet fuq it-Terminal il-ġdid. Din l-istruttura temporanja ser titpoġġa f’lok fejn kemm jista’ ikun ma ttellifx l-iżvilupp fuq it Terminal. |
| Il-Gvern hu kommess li jkompli jaħdem biex | jitlesta dan il-proġett u jiżviluppa l-industrija marittima tal-gżejjer tagħna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984