Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

PR0329
Date Icon 27/02/2009
L-Oppożizzjoni hi kontra lil-Gvern jiffranka l-flus fuq it-Terminal taċ-Ċirkewwa
L-Oppożizzjoni qed jikkritikalill-Gvern għax talab disinn li jiswa anqas milli kien propost fit-tliet disinji ta’ qabel.
L-Oppożizzjoni, għal darb’oħra qedtikkontradixxi lilha nnifisa.
Id-Deputat tal-Oppożizzjoni l-Perit CharlesBuhagiar, li iffirma din l-istqarrija, huwa żbaljat meta jgħid li se jintilfu l-fondi ta’ l-UE.  Dan għax il-fondi huma diġa’ allokati lil Malta mill-Unjoni Ewropea u hija biss deċiżjoni tal-Gvern Malti ta’ kif juża l-istess fondi.
Charles Buhagiar qed iħallat il-proġetttal-mollijiet fiċ-Ċirkewwa, proġett li ilu snin lest, mal-proġett tat-terminal fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr. Tajjeb wieħed ifakkar li t-terminal tal-Imġarr ilu lest u ilu jintuża aktar minn sena.
Il-proġett f’dawn il-portijiet kien inqassam f’erba’fazijiet.

-      L-Ewwel Fażi  – Xogħlijiet ta’ dredging u xogħlijiet fuq il-baħar fiċ-Ċirkewwa biex ikunu jistgħu jinbnew il-mollijiet il-ġodda  

-       It-Tieni Fażi -  Reklamazzjoni tal-art u bini ta’ mollijiet ġodda u l-estensjoni tal-breakwater fiċ-Ċirkewwa  

-       It-Tielet Fażi – Xogħlijiet fuq il-Moll u bini ta’ Terminal Ġdid fl-Imġarr  

-       Ir-Raba’ Fażi – Bini ta’ Terminal Ġdid fiċ-Ċirkewwa  

L-istqarrijatal-Oppożizzjoni tonqos milli tinnota li l-ewwel tliet fażijiet tal-proġett twettqu biex illum it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex  diġa’ gawda minn qabża ta’ kwalita’. Fil-fatt huma ftit l-okkażjonijiet fejn jitwaqqfu t-traġitti minħabba li l-vapuri ma jistgħux jorbtu mal-mollijiet.
Mhux hekk biss imma illumGħawdex għandu terminal ġdid ukoll.
Mas-sħubija ta’ Malta fl-Ewropa l-Gvern ħal-opportunita’ biex ittejjeb il-pjanijiet għat- Terminal taċ-Ċirkewwa bl-għajnuna ta’ fondi mill-Ewropa. L-aħħar estimi ghal-progett ghat-Terminal taċ-Ċirkewwa kienu se jiswew € 15.5 Miljun.
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni talab għal disinn għal progett li jiswa inqas, filwaqt li jaqdi l-istess funzjonijiet jew itejjibhom u jkun ta’ livell għoli.
Imma l-Oppożizzjonikien għaliha nerġgħu nibdew kollox mill-bidu u dan ifisser spejjeż doppji u skariġġ żejjed.
It-Terminal fiċ-Ċirkewwa se jinbena usejjer jikkumplementa t-Terminal fl-Imġarr biex b’hekk il-Gvern jiffinalizza dan il-proġett.
L-Awtorita’ Marittima flimkien mal-Gozo ChannelCo.Ltd. bħala l-operatur, se jagħmel struttura temporanja fiċ-Ċirkewwa fejn il passiġġieri sa kemm isiru x-xoghlijiet fuq it-Terminal il-ġdid.  Din l-istruttura temporanja ser titpoġġa f’lok fejn kemm jista’ ikun ma ttellifx l-iżvilupp fuq it Terminal.
Il-Gvern hu kommess li jkompli jaħdem biexjitlesta dan il-proġett u jiżviluppa l-industrija marittima tal-gżejjer tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow