Left arrow Mur Lura

Malta disposta li tkun il-pajjiż fejn ikun ibbażat il-European Asylum Support Office

PR0326
Date Icon 26/02/2009
Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, CarmeloMifsud Bonnici illum ipparteċipa fil-laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea li saret fi Brussell.
Din il-laqgħa ta’llum kienet importanti għax kienet tiffoka partikolarment fuq l-Immigrazzjoni u għadd ta’ miżuri li l-Unjoni Ewropea lesta tieħu sabiex din il-problema tittaffa.  Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea, għall-ewwel darba ppreżentat proposta sabiex jitwaqqaf l-Uffiċċju ta’ Għajnuna għall-iStati Membri li jirrigwarda l-Ażil [European Asylum Support Office (EASO)].
Il-MinistruMifsud Bonnici faħħar dan il-pass konkret li qegħda tagħmel l-Unjoni biex tilqa’ għall-isfidi li għandha fil-fruntieri tagħha tan-nofsinhar.  Il-Ministru tkellem b’mod pożittiv dwar il-funzjonijiet li se jkollu dan l-uffiċċju li se jgħin billi jipprovdi l-għodda u l-mekkaniżmi neċessarji li jwasslu sabiex il-proċess għall-għoti tal-ażil ikun iktar effettiv bħal per eżempju l-għoti ta’ informazzjoni, l-analiżi u r-rappurtaġġ dwar il-pajjiżi ta’ oriġini ta’ min ikun qiegħed jitlob l-ażil, is-sostenn fejn jidħol it-taħriġ u, partikolarment, is-sostenn li dan l-Uffiċċju ser joffri lill-iStati Membri li qegħdin taħt pressjonijiet partikolari.
Barra minn dan,dan l-Uffiċċju, qal il-Ministru  Mifsud Bonnici, ser ikun qieghed ukoll jikkoordina t-trasferiment, ġewwa l-Unjoni, fuq bażi volontarja, ta’ persuni li jkunu ngħataw protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni.  Il-fatt li dan il-mekkaniżmu reġa’ ssemma’ u qed jinħoloq uffiċċju biex jikkoordinah huwa pass pożittiv ferm.
Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru CarmeloMifsud Bonnici wera d-disponibilità ta’ Malta li tkun il-pajjiż li fih jiġi mwaqqaf dan l-Uffiċċju.
Din il-laqgħa tal-Kunsill kienet importantiwkoll għall-fatt illi d-dokument li kien ġie ppreparat minn Malta, Cipru, l-Greċja u l-Italja dwar il-prijoritajiet li jrigu joħorġu mill-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil tpogga għall-ewwel darba fuq il-mejda tal-Kunsill għall-kunsiderazzjoni u diskussjoni mill-Ministri preżenti.  Il-Ministru Mifsud Bonniċi ppreżenta d-dokument għan-nom tal-erba’ pajjiżi u, wara l-intervent tiegħu, it-tlett Ministri l-oħra komplew jitkellmu fuq l-istess linji.
Il-Ministru Mifsud Bonnici għamel enfasi fuqil-fatt illi l-miżuri kollha tal-Patt huma importanti, iżda li hemm ċerti minnhom li għandhom jingħataw aktar prijorità.  Il-Ministru qal li hemm bżonn li jkun hemm mekkanizmi li jaħdmu u li l-miżuri mniżżla fil-Patt jiġu nklużi fil-pjanijiet future tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jitwettqu.  Huwa għamel enfasi fuq l-importanza li ċ-ċittadini Ewropej jaraw li qegħda tittieħed azzjoni konkreta : l-Unjoni mhix post ta’ diskussjoni, iżda ta’ azzjoni, tenna l-Ministru.
Punt ieħor fuq l-aġenda kien il-ġlieda kontrad-droga u l-isforzi li qegħdin isiru mill-iStati Membri f’din il-ġlieda, b’kollaborazzjoni sħiħa bejniethom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow