STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
PR0324
26/02/2009
| L-Oppożizzjoni ma tilqax stedina | tal-Gvern u minflok tibqa’ tgħawweġ il-fatti u timmiżinforma |
| L-oppożizzjoni laburista għadha ma laqgħetx | l-istedina li għamlilha l-Gvern biex tippubblika xi sentenza li tat il-Qorti Ewropea dwar Malta u t-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi. |
| Minflok l-oppożizzjoni wieġbet bi stqarrija | oħra, din id-darba tad-deputat Silvio Parnis, biex terġa tgħawweġ dak li qal il-Kummissarju Ewropew Kovacs. |
| Il-bieraħ il-Gvern stieden lill-oppożizzjoni | biex tippubblika xi sentenza kontra Malta. Dan l-oppożizzjoni ma tistax tagħmlu għaliex ma teżisti l-ebda sentenza. Ladarba ma hemmx sentenza, l-oppożizzjoni qed tagħżel li tibqa’ tirrepeti l-istess stqarrijiet li la huma veru u lanqas huma leali lejn il-fatti. |
| Bil-maqlub ta’ dak li qal id-deputat laburista, | kien il-Kummissarju Ewropew li qal x’inhi l-proċedura li għandha tkun użata f’kas li xi ħadd iħoss li għandu jfittex rimedju: |
| “it is for the | national courts to apply domestic rules ……At the present stage, the Commission does not have information demonstrating that the Maltese system of remedies does not comply with the standards established by the Court….” |
| Fi żmien fejn partiti serji jitkellmu dwar | il-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali l-oppożizzjoni, b’mod irresponsabbli, qed tagħżel li tilgħab għall-gallarija. Il-Gvern investa b’għaqal id-dħul li kellu u dak li rriżulta mit-tkabbir ekonomiku f’inizjattivi fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fl-oqsma soċjali fost l-oħrajn. |
| Kuntarju ta’ dak li qal id-deputat laburista, | il-Kummissarju Ewropew la qal li Malta qed tikser xi liġi, la qal li trid trodd lura, u wisq anqas qal li l-oppożizzjoni laburista għandha raġun. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984